PN – Page 68 – One News

Notifiki

Busuttil jinkixef u jaħrab

Id-dokument ta’ qabel il-budget tal-partit nazzjonalista qajjem tħassib serju fost l-imsieħba soċjali hekk kif qed jissuġġerixxi li jingħataw sensji lill-ħaddiema fis-settur pubbliku u li jipprivatizza xi azjendi f’dan il-qasam.

Waqt li kien qiegħed iżur l-attività ta’ Freshers’ Week Fl-Universita’ ta’ Malta, staqsejna Simon Busuttil għal iżjed dettalji dwar dawn il-proposti.

Aqra aktar

Il-Knisja mhijiex għodda partiġġjana

Fl-aħħar ġimgħat rajna lill-Partit Nazzjonalista jikkwota kontinwament l-omeliji tal-Arċisqof Charles Scicluna, jinterprethom minn lenti partiġġjana u jużawha biex jagħtu l-impressjoni li l-Knisja hija wara l-Partit.

Xi ħaġa li nnotawha ħafna, u li dwarha kiteb Fr David Muscat, li widdeb lill-partitarji  nazzjonalisti li min jagħmel dan juri li mhuwiex verament kattoliku.

Aqra aktar

L-attakki ma jaqtgħu xejn

Ma jaqtgħu xejn l-attakki mill-Partit Nazzjonalista fuq l-aħħar investiment imħabbar għal pajjiżna; bħalma dejjem għamel fuq investimenti oħra wara kollox.

Din id-darba kien imiss lill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u lid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi biex jippruvaw jiddevjaw l-attenzjoni mill-investiment u l-impjiegi li se joħloq l-investiment minn Crane Currency.

Aqra aktar

Simon Busuttil kontra l-investiment

L-attakk bitter li qed jagħmel Simon Busuttil fuq l-investiment Amerikan f’Malta mill-kumpanija ġganteska Crane Currency huwa sempliċiment frott id-disprament politiku tiegħu quddiem ir-rizultati pożittivi li qed jesperjenzaw il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Fuq kollox għax il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa kontra l-investiment.
Aqra aktar

Il-Partit Nazzjonalista b’gidba oħra

Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jiprova jdawwar il-fatti din id-darba dwar il-faqar. Jidher li l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa kontra wkoll it-tnaqqis fin-numru ta’ nies li ħarġu mill-faqar u l-esklużjoni soċjali. Dan wara li ddeċieda li jmur kontra l-istatistika ppublikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li kienet ibbazata fuq id-dhul li kellhom il-familji Maltin u Ghawdxin fl-2014 u jgħid li l-faqar żied.
Aqra aktar

Nazzjonalista ssejjaħ kliem Simon Busuttil “gidba faħxija” – tgħid li qed jinqeda bid-dgħajjef

“Jien minix Laburista, pero’ fejn hu fair, fair. Jien qatt ma kellimt lil ħadd, imma meta kelli bżonn hysterectomy, f’kemm ili ngħidlek bgħatu għalija. Ma kelli bżonn ebda żwiemel jimbuttawni ‘l quddiem.”

Kliem mara li ċemplitilna ftit tal-ħin ilu, imweġġa’ bi kliem Simon Busuttil fuq il-fosos il-bieraħ, waqt diskors li suppost kellu jfakkar fl-Indipendenza u jgħaqqad lill-Maltin bħala poplu.

Il-mara xtaqet tibqa’ anonima, appuntu peress li tiddikjara b’wiċċha minn quddiem li mhix Laburista. Inzertat ukoll għaddejja minn problemi ta’ saħħa. Wara li għamlet hysterectomy, għamlet il-chemotherapy, u issa waslet għar-raġġi, bit-tama li tfejjaq il-marda tal-kanċer.

Aqra aktar

Send this to a friend