PN – Page 67 – One News

Li kien il-kliem ġawhar…is-skiet isbaħ minnu

Is-skiet. Is-skiet m’hawnx isbaħ minnu. Is-skiet mhux is-silenzju u l-paċi li tkun trid biex tisrieħ wara xi ġurnata xogħol, iżda s-skiet mill-paroli. Il-Malti jgħid li kien il-kliem ġawhar, is-skiet isbaħ minnu. M’hawnx isbaħ minn kelma nieqsa milli kelma żejda.

lbieraħ fl-istess ġurnata li Simon Busuttil ħabbar fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista l-islogan li se juża fil-festi tal-Indipendenza, il-Partit ‘li jmexxi’, “Nirnexxu lkoll flimkien”, kienu bosta li kkumentaw u tbissmu. Il-paroli fuq Simon Busuttil ilu għaddej ġmielu. Ma tridx tkun iblaħ biex tinduna. B’mod personali nitkellem ma’ ħafna individwi li politikament ma jaħsbuhiex bħali. Xi kultant nistaqsi bejni u nnifsi kif dawn jiġu jgħidu lili minn tant nies? Wara pawża qasira, tinduna mill-ewwel li l-messaġġ ma jriduhx li jieqaf miegħi biss. U dan huwa dak li qed jiġri.

Aqra aktar

F’PANIKU – jiddeċiedu li ma jibagħtu lil ħadd għal programm fuq ONE

Ftit sigħat wara li one.com.mt żvela li l-Partit Nazzjonalista se jsejjaħ laqgħa urġenti għall-membri parlamentari, l-uffiċju informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista bagħat jinforma lill-produzzjoni tal-programm Nistaqsu (li jixxandar fuq ONE) li m’huma se jibagħtu lil ħadd bħala rappreżentant min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.

Kien nhar il-Ġimgħa li l-produzzjoni ta’ Nistaqsu bagħtet stedina biex il-Partit Nazzjonalista jibgħat r-rapreżentant tiegħu għall-programm. Għaddew tlett t’ijiem li tulhom ma kien hemm ebda risposta sakemm it-Tnejn wara nofsinhar l-Uffiċċju Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista informa lill-produzzjoni tal-programm li m’huma se jibgħatu lil ħadd.

Aqra aktar

Busuttil f’attakk kontra l-istituzzjonijiet

Simon Busuttil irid li l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulzija jirriżenjaw jekk ma jieħdux passi fuq allegazzjonijiet li m’hemmx provi dwarhom. Donnu xejn m’hu xejn, fuq ir-radju dalgħodu qal li għandhom “iwarrbu”.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni insista fi tfigħ ta’ tajn li kien deskritt bħala gideb sfaċċat mill-uffiċju tal-Prim Ministru.

Waqt kollegament fuq Radio 101, Busuttil irrepeta dak kollu li hemm fil-Malta Independent, u minkejja n-nuqqas ta’ provi fil-konfront tal-persuni msemmija jew inkella l-uffiċju tal-Prim Ministru stess, sejjaħ għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija, jekk dawn ma jieħdux azzjoni.

Aqra aktar

Lil Michael Fenech Adami TAWH PROMOZZJONI

  • Dan wara li falla l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara

Wara li falla lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, Michael Fenech Adami ngħata promozzjoni. Dan minkejja li l-falliment fit-tmexxija tiegħu bħala Sindku kien rifless ukoll fil-fatt kif il-Partit Laburista rebaħ it-tmexxija ta’ dan il-kunsill f’lokalià tradizzjonalment nazzjonalista.

Iżda minkejja dan, il-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil għamlu President tar-Reġjun taċ-Ċentru. Biex wara li tah impjiegi mal-Partit Nazzjonalista, sablu wkoll post fejn seta’ jieħu wkoll onorarja. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista spjegaw kif dan kien nissel xi ftit tar-rabja fost rapprezentanti tal-Partit Nazzjonalista f’Ħal Lija u Ħ’Attard fost oħrajn bis-Sindki f’dawn il-lokalitajiet kienu ilhom jikkontribwixxu fil-kumitat. Minkejja dan l-ordni mid-Dar Ċentrali wara li minn President spiċċa l-eks Sindku ta’ San Ġiljan, Peter Bonello, kellu jsir ħu Beppe Fenech Adami.

Aqra aktar

“Il-PN fi kriżi”

 

“Il-Partit Nazzjonalista għamel biċċa xogħol tajba biex juri t-triq il-quddiem ta’ partit fi kriżi.” Kliem l-opinjonista ta’ esperjenza u blogger fuq timesofmalta Victor Calleja.

Din id-darba l-opinjoni dwar l-istat li spiċċa fih il-Partit Nazzjonalista kitibha fuq Malta Winds. Calleja qal li għamel tajjeb il-Partit Nazzjonalista li għażel it-trasparenza bħala waħda mit-temi tiegħu, iżda minflok huwa l-Partit Nazzjonalista li spiċċa trasparenti.

Aqra aktar

Il-gideb tal-PN dwar iċ-Ċittadella

B’referenza għall-artiklu li deher fin-Nazzjon illum u għal rapporti mxandra f’Net News, il-Ministeru għal Għawdex kjarifika u ikkoreġa dak li ġie rappurtat.

Mhux veru li l-bieb taċ-Ċittadella mhux qiegħed jaħdem. Fil-fatt il-bieb qiegħed jinfetaħ u jingħalaq kuljum skont il-bżonn.

Mhux veru li l-bieb sewa €1,500,000. Fil-fatt il-prezz tal-bieb skont il-kuntratt iffirmat mid-Dipartiment tal-Kuntratti mall-Kumpanija Camray Co Ltd li rebħet l-offerta għax-xogħlijiet huwa ta’ €398,443.

Aqra aktar

Iġib fix-xejn il-proposta tal-PN dwar il-Kummissarju

Il-Kriminologu Saviour Formosa ma jaqbel xejn ma’ waħda mill-ftit proposti li għamel il-Partit Nazzjonalista. 

Dik li l-Kummissarju tal-Pulizija jkun maħtur b’żewġ terzi tal-Parlament. 

Formosa, Professur tal-Università ta’ Malta, oġġezzjona għal dan f’intervista mat-Times of Malta li matulha tkellem dwar il-bidliet meħtieġa fil-Korp tal-Pulizija. Dan anke wara stħarriġ li sar fost il-membri tal-istess korp.  Aqra aktar

Il-Qorti ma tilqax talba tal-PN biex jinbidel Imħallef

• Twissi dwar dak li jidher konkors ta’ għażla tal-ġudikant

Il-Qorti ma’ laqgħetx it-talba tal-Partit Nazzjonalista biex jinbidel Imħallef fil-kawża li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel kontra l-awtoritajiet b’rabta mal-avviż legali li jirregola l-billboards fit-toroq.

Il-Partit Nazzjonalista lmenta għaliex skont hu fi stadju ieħor tal-proċeduri il-ġudikant għamel “pronunzjament kategoriku” li bih “il-ġustizzja żgur mhux ħa tidher li qed issir.” Għall-Partit Nazzjonalista, irrappreżentat mill-ogħla uffiċjali, huwa superfiċjali li jinstemgħu l-provi.Aqra aktar

JIKKONFERMA: favur tkabbir tal-art fil-Freeport u kontra r-residenti

Permezz taż-żewġ Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, li ħadu l-linja tiegħu u marru kontra r-residenti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kkonferma li huwa favur aktar tkabbir tal-Freeport fuq art ODZ u għalhekk favur aktar tniġġiż u inkonvenjenzi għan-nies tal-madwar.

Permezz ta’ mozzjoni, il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa vvota biex jikkundanna kliem il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq l-espansjoni tal-Port Ħieles.

Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota li Simon Busuttil kompla għaddej bl-istess manuvri tal-establishment politiku li huwa mmilita fih u li llum qed imexxi, billi qed ikompli joħloq aktar inkovenjenzi għan-nies tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta billi dak kollu li jniġġeż aktar u li huwa ta’ detriment għan-nies, qed jipproponi li ‘jintefa’ f’din in-naħa tal-pajjiż.

Aqra aktar

Send this to a friend