PN – Page 5 – One News

Notifiki

Delia jgħid li r-ribelli ma ridux elezzjoni mat-tesserati

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-ribelli li riedu jqaċċtuh mit-tmun tal-Partit Nazzjonalista akkost ta’ kollox ma ridux li t-tesserati jagħżlu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Bernard Grech se jtajjar l-irjus taż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista

Fuq ix-xandir nazzjonali, il-kandidat għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, u ż-żiemel tal-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil, Bernard Grech indika li kemm il-darba huwa jilħaq Kap tal-Partit huwa se jkun qed iqaċċat waħda mill-fergħat taż-żgħażagħ li teżisti fil-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Niżvelaw il-kuntratt ta’ waħda mill-ewwel ċedoli li nżammew sigrieta mill-PN

Minkejja l-insistenza tal-Partit Nazzjonalista fuq is-segretezza tal-iskema taċ-ċedoli, ONE News jinsab f’pożizzjoni li b’mod esklussiv jippubblika ċedola t’għaxart elef ewro bejn persuna u l-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Delia u Grech jinsabu seqer fuq xulxin

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u ż-żiemel tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Bernard Grech jinsabu seqer fuq xulxin dwar min jiżgarra l-ewwel fil-kampanja tagħhom.Aqra aktar

Delia jitlob lill-PM jiġi Malta waqt li l-PM kien f’pajjiżna jwieġeb lill-ġurnalisti

F’kollegament telefoniku, Adrian Delia spiċċa juża l-istess retorika fil-konfront tal-Gvern, li l-kandidat li qed itellaq miegħu fit-tellieqa għall-kap Nazzjonalista Bernard Grech, qed juża fil-konfront tiegħu. Aqra aktar

Send this to a friend