PN – Page 14 – One News

“Il-PN jikkritika t-tmexxija tiegħu stess”- il-PL

Il-Partit Nazzjonalista qed jikkritika t-tmexxija tiegħu stess.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija li fiha tkellem dwar rapport b’rabta mat-tindif u l-iġjene fl-iskejjel tal-istat u li qed tikkwota minnu l-midjal-Partit Nazzjonalista.

L-isqattija tal-Partit Laburista qalet ukoll li r-rapport janalizza dak li sar bejn l-2009 u l-2015, jiġifieri ra l-bidu tiegħu taħt Gvern Nazzjonalista.Aqra aktar

Deputati Nazzjonalisti jiddefendu lil Jason Azzopardi

Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea ħareġ għonqu jiddefendi lid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Il-gazzetta It-Torċa żvelat li l-każ skandaluż tal-esproprazzjoni tal-art tal-Fekruna jinsab taħt il-lenti tal-Pulizija għall-mod li bih ingħatat l-art pubblika lil persuna qrib il-partit nazzjonalista. Dan b’kuntratt iffirmat erbat ijiem biss qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013.Aqra aktar

Simon Busuttil u sitt Deputati tal-PN iċċensurati

L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien fost numru ta’ Deputati Nazzjonalisti li ma tħalliex jitkellem fil-Kunsill Ġenerali li organizza l-Partit Nazzjonalista tul il-ġimgha li għaddiet.

Kunsill Ġenerali li reġa’ kompla jikxef il-qasma u l-inkwiet intern li hemm fil-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Il-Qorti Ewropea tinnota nuqqasijiet f’kordin li seħħew waqt tmexxija Nazzjonalista

Se nibqgħu nittrattaw il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Rapport tal-Qorti Ewropea ppubblikat fl-aħħar sigħat sab bosta nuqqasijiet f’din il-faċilità li ħafna minnhom seħħu waqt tmexxija Nazzjonalista li m’għamlet xejn dwarhom u wasslu biex Malta nstabet ħatja u weħlet multa għal xi nuqqasijiet.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern qal li l-awtoritajiet tal-ħabs huma impenjati li jagħmlu l-bidliet meħtieġa.Aqra aktar

Adrian Delia jerġa jitlob għar-riżenji mingħajr ma jwieġeb akkużi serji fuqu stess

Adrian Delia reġa’ staqsa għar-riżenji billi kkwota minn rapporti fuq media li allegatament ħarġu minn leaks ta’ investigazzjonijiet . Din hi d-differenza bejn l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.  Il-Prim Ministru talab investigazzjonijiet fuqu stess u fuq allegazzjonijeit oħra li jinvolvu lil Ministru Mizzi u c-chief of Staff Keith Schembri.Aqra aktar

Send this to a friend