PN – Page 13 – One News

Delia jibża’ jlaqqa’ d-Deputati Nazzjonalisti

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia naqas milli jsejjaħ l-laqgħa tal-Grupp Parlamentari, minkejja li t-Tnejn jerġa’ jiftaħ il-Parlament, wara l-btajjel tal-Milied. Irrappurtat dan it-Times of Malta, li kompliet tikteb dwar il-pressjoni li qiegħed jaffaċċja Delia sabiex jirriżenja minn Kap tal-Partit għax m’għandux appoġġ u qiegħed jibża’ jiltaqa’ mad-deputati Nazzjonlisti.

Wieħed mid-deputati Nazzjonalisti qal lit-Times li minkejja li fil-Parlament se jiddiskutu leġislazzjonijiet importanti u hemm bżonn li jieħdu pożizzjoni dwarhom, il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista ma tlaqqax.Aqra aktar

Pierre Portelli jattakka l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil

Bl-aktar mod skjett, waqt intervista fuq il-programm XTRA, il- Kap tal-Media tal-Partit Nazzjonalista u l-id il-leminija tal-Kap Adrian Delia, Pierre Portelli, iddikjara li ċerti politiċi kienu jħossuhom komdi jinħbew wara l-blog ta’ Daphne Caruana Galizia. Caruana Galizia, bl-assistenza ta’ Simon Busuttil kienet ħaditha qatta bla ħabel kontra Adrian Delia meta ppubblikat diversi stejjer dwar l-allegat passat ikkulurit ta’ Adrian Delia.Aqra aktar

L-ebda diskussjoni dwar Adrian Delia fil-PN

Ġimgħa wara li The Sunday Times żvelat li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija dwar każ ta’ ħasil ta’ flus minn ċirku ta’ prostituzzjoni f’Londra, l-istrutturi interni fil-Partit Nazzjonalista tul din il-ġimgħa, naqsu milli jiddiskutu dak zvelat fil-konfront ta’ Adrian Delia.

Sorsi fil-Partit Nazzjonalista li tkellmu ma’ The Sunday Times, bil-kundizzjoni tal-anonimità, qalu li kollox baqa’ business as usual fil-Partit Nazzjonalista. Saħqu li l-inqas ħaġa li kellu jagħmel Adrian Delia, li huwa wkoll il-kelliem għall-governanza tajba, kien li jagħti xi forma ta’ spjegazzjoni biex iserraħ moħħ kulħadd.Aqra aktar

Kważi nofs il-PN fil-Parlament ma ridux it-traħħis tal-kontijiet

12-il deputat Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista minn din il-leġiżlatura kienu wkoll fl-ogħla istituzzjoni nazzjonali, meta nhar it-Tlieta 10 ta’ Marzu 2009 kienu vvotaw “bil-qalb” kontra l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni Laburista biex jonqsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, anke jekk dakinhar kellhom ukoll il-parir tal-imsieħba soċjali kollha biex jagħmlu dan.

Dan sostnieh il-kandidat Laburista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Josef Caruana.

Aqra aktar

Il-PL irid titjib, il-PN irid idawwar l-attenzjoni minn fuq Delia

Il-Partit Laburista għamel sottomissjonijiet mal-Kummissjoni Elettorali dwar il-fatt li saru bidliet mingħajr konsultazzjoni meta nhar is-Sibt kienet qed issir prova tal-għadd tal-voti b’mod elettroniku.

Konxju li dawn it-testijiet qed isiru biex il-bidla proposta tkun pruvata u din is-sistema titjieb il-Partit Laburista ta ċans lill-Kummissjoni Elettorali biex tieħu hi l-passi meħtieġa biex tassigura li ma jerġax ikun hemm bidliet mingħajr il-konsultazzjoni meħtieġa.Aqra aktar

L-investigazzjoni dwar Delia żiedet l-inkwiet fl-Oppożizzjoni

Investigazzjoni tal-Pulizija żvelata mit-Times of Malta b’rabta ma’ rwoli li kellu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, reġgħet żiedet l-inkwiet fi ħdan l-Oppożizzjoni. S’issa l-iktar li ħarġu fid-deher huma l-battibekki jaħarqu bejn uħud fil-Partit Nazzjonalista u ż-żewġ deputati tal-Partit Demokratiku. Iżda, mhumiex uniċi.  Aqra aktar

Send this to a friend