Isma’ l-kummenti tal-editur tal-MaltaToday dwar il-każ żvelat illum

L-editur tal-MaltaToday tkellem dwar il-każ irrapportat fil-faċċata tal-gazzetta, fejn jingħad li investigazzjoni dwar każ b’xamma kbira ta’ ħasil ta’ flus ma kinitx segwita sal-aħħar mill-awtoritajiet Maltin. Din jidher li ġrat wara li fil-każ tfaċċa isem Beppe Fenech Adami, dak iż-żmien Assistant Parlamentari fil-Ministeru tal-Intern.

F’Ħal Balzan il-Prim Minsitru ħabbar li l-Gvern se javviċina eks ġudikanti u jtihom mandat biex jinvestigaw dak li ġara.

Isma’ l-kummenti ta’ Saviour Balzan u aqra aktar hawn.

Aqra aktar

Reazzjoni inkwetanti tal-Partit Nazzjonalista

Ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar storja dokumentata fil-Maltatoday hija inkwetanti ħafna. Aktar kmieni l-PN iddeskriva l-każ bħala “devjazzjoni” fi stqarrija lill-mezzi tax-xandir.

Dan stqarru l-Partit Laburista, li qal li mhux se jgħaġġel fi kwistjoni bħal din fejn hemm involuti istituzzjonijiet kostituzzjonali b’implikazzjonijiet serji.

“J’Alla ssir ġustizzja u jsiru magħrufa bis-serjetà l-fatti u għalfejn twaqqfu l-investigazzjonijiet fi żmien meta Beppe Fenech Adami kien responsabbli mill-Pulizija” qal il-Partit Laburista.

“Mill-banda l-oħra l-Partit Nazzjonalista jrid jassumi r-responsabiltajiet politiċi tiegħu u juri bil-fatti li tali aġir m’ għandu qatt jkun ittollerat. S’ issa l-Partit Nazzjonalista qiegħed jfalli totalment f’ dan it-test”.

 

Iridu l-flus ta’ skemi li ma ridux

Id-dokument tal-Partit Nazzjonalista għall-qabel il-baġit jipproponi l-użu tal-flus minn skemi u inizjattivi li fl-aħħar xhur l-istess Partit Nazzjonalista tkellem bil-goff kontra tagħhom.  

Tnejn li jispikkaw huma ċ-ċittadinanza b’investiment u l-kontribuzzjoni ambjentali mis-settur turistiku.

Dwar iċ-ċittadinanza b’investiment, il-Partit Nazzjonalista għamel kampanji ma jaqtgħu xejn.

Pero’ f’punt 52 tad-dokument, il-Partit Nazzjonalista jgħid li jridu jassiguraw li “l-fondi miġbura mit-taxxa fuq it-turiżmu u l-programm ta- ċittadinanza b’investiment jintefqu biex jindirizzaw prijoritajiet nazzjonali.”

Aqra aktar

Mingħajr kif, kemm u meta

Kif, kemm u meta?

Kienu dawn il-mistoqsijiet li ma kienx kapaċi jwieġeb għal iktar minn darba l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha preżenta dokument ta’ qabel il-baġit tal-Partit Nazzjonalista.

Dokument li reġa’ kkonferma kif fil-mira tal-Partit Nazzjonalista hemm ħaddiema fis-settur pubbliku li qed jarahom żejda.

Filwaqt li l-prinċipju huwa ċar, De Marco qagħad lura milli jagħti dettalji. Fil-fatt, anke meta mistoqsi dwar liema huma s-serivvi pubbliċi li jrid jipprivatizza, ma provda ebda tweġiba.

Aqra aktar

Busuttil jinkixef u jaħrab

Id-dokument ta’ qabel il-budget tal-partit nazzjonalista qajjem tħassib serju fost l-imsieħba soċjali hekk kif qed jissuġġerixxi li jingħataw sensji lill-ħaddiema fis-settur pubbliku u li jipprivatizza xi azjendi f’dan il-qasam.

Waqt li kien qiegħed iżur l-attività ta’ Freshers’ Week Fl-Universita’ ta’ Malta, staqsejna Simon Busuttil għal iżjed dettalji dwar dawn il-proposti.

Aqra aktar

Il-Knisja mhijiex għodda partiġġjana

Fl-aħħar ġimgħat rajna lill-Partit Nazzjonalista jikkwota kontinwament l-omeliji tal-Arċisqof Charles Scicluna, jinterprethom minn lenti partiġġjana u jużawha biex jagħtu l-impressjoni li l-Knisja hija wara l-Partit.

Xi ħaġa li nnotawha ħafna, u li dwarha kiteb Fr David Muscat, li widdeb lill-partitarji  nazzjonalisti li min jagħmel dan juri li mhuwiex verament kattoliku.

Aqra aktar

L-attakki ma jaqtgħu xejn

Ma jaqtgħu xejn l-attakki mill-Partit Nazzjonalista fuq l-aħħar investiment imħabbar għal pajjiżna; bħalma dejjem għamel fuq investimenti oħra wara kollox.

Din id-darba kien imiss lill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u lid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi biex jippruvaw jiddevjaw l-attenzjoni mill-investiment u l-impjiegi li se joħloq l-investiment minn Crane Currency.

Aqra aktar

Send this to a friend