PM – Page 7 – One News

Notifiki

“Malta tagħtina opportunità kbira”- il-PM tal-Maċedonja waqt laqgħa mal-PM Muscat

Malta u l-Maċedonja jinsabu lesti biex jiffirmaw ftehim ta’ ħelsien ta’ taxxa doppja li permezz tiegħu l-imprendituri Maltin u dawk ta’ dan il-pajjiż se jibbenefikaw għax se jħallsu taxxa waħda.

Dan ħareġ waqt l-ewwel żjara li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Maċedonja fuq stedina tal-Prim Ministru tal-Maċedonja Zoran Zaev.Aqra aktar

“Kull deċiżjoni li tittieħed dwar il-futur tal-Libja trid tkun waħda fit-tul”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien impenjat f’konferenza f’Palermo li ddiskutiet is-sitwazzjoni u l-ġejjieni tal-Libja.

Il-Prim Ministru qal li hemm bżonn li kull deċiżjoni li tittieħed tkun waħda fit-tul fil-kuntest u meħuda mil-Libjani stess.

Sostna li l-komunità internazzjonali trid tkun hemm biex tgħin il-proċess demokratiku jseħħ fil-Libja.Aqra aktar

Filmat: “L-innovazzjoni fit-teknoloġija tagħti opportunità lil pajjiżi żgħar bħal Malta”- il-PM

L-impenn tal-Gvern biex jippjana bil-quddiem u jaħseb għall-ġenerazzjonijiet futuri qed iwassal biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ kuljum tal-Maltin u l-Għawdxin.

Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat meta t-Tnejn waranofsinhar indirizza konferenza f’Pariġi li ddiskutiet kif it-teknoloġija tista’ ssaħħaħ il-ħidma tal-Gvernijiet. Aqra aktar

Il-PM isellem il-memorja tal-vittmi tal-Gwerer Dinjija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem il-memorja tal-eluf ta’ vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija f’Jum it-Tifkira. Il-Prim Ministru flimkien ma’ wħud mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż poġġew girlanda ta’ fjuri marbuta ma’ dan il-jum biswit il-monument tal-Gwerra fil-Floriana. Aqra aktar

Send this to a friend