PM – Page 5 – One News

Notifiki

“Illum qed nagħtu wiċċ lil ħafna persuni li taw servizz wara l-maltemp ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda”- il-PM

Waqt laqgħa f’Kastilja bħala ringrazzjament għas-servizz eċċelenti li ngħata minn ħafna ħaddiema wara l-maltemp li ħakem lil pajjiżna fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li permezz tal-attività tal-llum qed jingħata wiċċ lil ħafna persuni li taw servizz lil ħafna matul tmiem il-ġimgħa li għadda.

Dr Muscat stqarr li l-maltempata ma kellhiex aktar effetti milli kellha għax kien hemm ħidma u koordinazzjoni bejn mijiet ta’ ħaddiema u voluntiera li permezz ta’ ħidmiethom ħallew lil pajjiż għaddej.Aqra aktar

L-MFSA twitti t-triq biex tkun fost l-aqwa regolaturi tas-servizzi finanzjarji fl-Ewropa

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA nediet il-viżjoni u l-istrateġija tagħha għat-tliet snin li ġejjin.

L-MFSA ppubblikat ukoll dokument ta’ konsultazzjoni dwar l-istrateġija tal-FinTech u pproponiet li tintroduċi ċentru ta’ innovazzjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha nediet l-immaġini l-dida tagħha f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA Joseph Cuschieri qal li din il-viżjoni tiddefinixxi l-missjoni tal-Awtorità u l-viżjoni strateġika tagħha.

Huwa semma li din il-viżjoni hija msejsa fuq erba’ pilastri fosthom ir-riżors uman, it-teknoloġija, u aktar involviment tal-partijiet kkonċernati.Aqra aktar

“Din hija xi ħaġa li mmarkatli ħajti u l-ħajja ta’ familti”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ddikjara li lest iwaqqa’ l-kawża ta’ libell li fetaħ lill-blogger Daphne Caruana Galizia dwar il-gidba EGRANT. Dan kemm il-darba l-familja ta’ Caruana Galizia taċċetta l-konklużjonijiet tal-Inkjesta Egrant li ċċertifikataha bħala gidba.

Il-Prim Ministru qal dan fil-Qorti meta l-Ħamis filgħodu xehed f’kawża ta’ libell li fetaħ lil Caruana Galizia l-għada li allegat li l-kumpanija EGRANT hi ta’ martu Michelle.

Fil-bidu tas-seduta, Dr Muscat sostna li x-xewqa ewlenija tiegħu mhix li jirbaħ il-libell, iżda biss li tintlaqa’ l-verità li din kienet gidba. Madankollu l-familja ta’ Caruana Galizia rrifjutaw it-talba.Aqra aktar

Il-PM f’laqgħa mal-Ministru għad-Difiża Taljana Elisabetta Trenta

Wara l-impenji tiegħu fis-Summit tal-Pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran f’Ċipru, il-Prim Ministru Joseph Muscat issa jinsab l-Italja għal laqgħa formali mal-Ministru għad-Difiża Taljana Elisabetta Trenta.

Waqt l-impenji tal-Prim Ministru tħabbar li aktar tard din is-sena Malta se tkun qed tospita is-sitt edizzjoni tas-summit tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa. Għal dan is-summit mistennija jattendu t-tmexxija ta’ Franza, Spanja, l-Italja l-Portugal, Greċja, Ċipru u Malta. Flimkien, dawn il-ħames pajjiżi jirrapreżentaw madwar 40% tal-popolazzjoni u tal-prodott domestiku gross tal-Ewropa.

Il-PM iħabbar li l-kumpanija Indjana Aurobindo se tkompli tinvesti u tespandi f’Malta

Kumpanija Indjana li taħdem fil-qasam tal-farmaċewtika u topera f’Malta se tinvesti tliet miljun ewro fuq riċerka fil-qasam tal-onkoloġija. Fl-aħħar sigħat tiegħu fi żjara li għamel fl-Indja l-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li l-kumpanija Aurobindo, li ilha ħmistax-il sena f’pajjiżna qed turi kif il-qasam tal-farmaċewtika f’pajjiżna għandu futur.

“Fost il-futur li għandhom, illum stess ħabbru l-Aurobindo, waħda mill-kumpaniji jekk mhux il-kumpanija Indjana ewlenija f’Malta fil-qasam tal-farmaċewtika li ħa jinvestu tliet miljuni oħra biex jillaunchjaw qasam ieħor tal-ittestjar ma’ dak li għandu x’jaqsam mal-kura għall-kanċer”.Aqra aktar

“Malta trid tkun bażi Ewropea għal kumpaniji Indjani fir-Renju Unit”- il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li huma bosta l-kumpanija Indjani li għal raġunijiet storiċi bbażaw f’Londra u qegħdin jaraw f’Malta bażi Ewropea minn fejn joperaw.

Dr Muscat qal dan waqt li kien qed jindirizza summit f’Gurajant, l-Indja.F’kummenti lill-ġurnalisti, il-Prim Ministru qal li waħda min-niċeċ li l-Brexit Taskforce ta’ Malta identifikat hija l-possibiltà li dawn il-kumpaniji jridu bażi ġdida f’pajjiż Ewropew.Aqra aktar

ARA: Il-PM Joseph Muscat f’laqgħa bilaterali mal-PM tal-Indja Narendra Modi

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru tal-Indja Narendra Modi waqt li qed jattendi s-Summit, Vibrant Gujarat 2019 f’Ahmedabad, Gurjarat, l-Indja.

Waqt din il-laqgħa ġew diskussi diversi punti ta’ interess għaż-żewġ pajjiżi fosthom il-qasam tal-farmaċewtika fejn f’pajjiżna hemm diġa’ presenza ta’ kumpaniji Indjani li jaħdmu fil-qasam. Ġew diskussi l-vantaġġi li toffri Malta f’dan il-qasam.Aqra aktar

Il-PM ta’ Franza bi ħsieb li jikkastiga lil min organizza l-protesti madwar il-pajjiż

Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe ħabbar pjanijiet biex jikkastiga nies li jorganizzaw protesti, wara seba’ gimgħat ta’ inkwiet fil-konfront tal-gvern.

Il-gvern ta’ Philippe jrid jabbozza leġislazzjoni ġdida li tipprojbixxi lil dawk li jfasslu l-problemi minn protesti u jrażżan l-ilbies tal-maskri waqt id-dimostrazzjonijiet.

Huwa qal li tmenin elf membru tal-forzi tas-sigurtà se jkunu fuq xogħolhom, lesti għall-mewġa ta’ protesti li hemm mistennija għall-jiem li ġejjin.

Send this to a friend