PM – Page 4 – One News

Notifiki

Taħdidiet differenti f’ambjent aktar rilassanti… il-PM Malti ma’ mexxejja oħra Ewropej

Is-Sibt waranofsinhar, f’nofs ġurnata ta’ ħidma sfieqa, il-Prim Ministru Malti Robert Abela flimkien mal-Prim Ministri tal-Belġju, il-Lussemburgu u l-Estonja reħewlha lejn ristorant fil-belt ta’ Brussell biex igawdu ftit minuti mill-ġurnata u jidħattu f’ambjent għal kollox differenti mis-summit intensiv li bħalissa qegħdin jipparteċipaw fih.Aqra aktar

Malta kisbet riżultati pożittivi anki fil-pandemija – il-PM

Fiż-żmien tal-pandemija Malta xorta rnexxielha tikseb riżultati pożittivi fis-settur ekonomiku.

Qal dan il-Prim Ministru u mexxej Laburista Robert Abela, meta rrefera għar-rapport ekonomiku minn Università fi New York, li wera li Malta qiegħda l-ewwel fid-dinja bħala pajjiż li offra l-awqa skemi t’għajnuna finanzjarja lin-negozji milquta mill-Coronavirus.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Delia jgħid li Jason Azzopardi ma għamel l-ebda kwerela kontra s-suldati u l-PM

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara li l-kelliem tiegħu għall-ġustizzja Jason Azzopardi ma għamel l-ebda kwerela kontra s-suldati u l-Prim Ministru.

F’konferenza tal-aħbarijiet saqsejna lil Adrian Delia dwar jekk Jason Azzopardi għandux jitlob skuża wara li qed jgħaddi lis-suldati li jsalvaw il-ħajjiet minn investigazzjoni.

Delia kien mistoqsi: “Il-fatt li ħa pass żgħir lura biżżejjed għalik? Ma tħossx li bħala kelliem tiegħek tal-ġustizzja għandu jerfa’ xi tip ta’ responsabbiltà? Dan iffirma denunzja biex jibgħat lin-nies il-ħabs b’akkuża ta’ qtil volontarju. Int kont għedt li se tinjorah, imma aċċettabbli għalik li għadu lanqas talab skuża?”

 Iżda għal din id-domanda, Adrian Delia qal li Jason Azzopardi ma preżenta l-ebda kwerela.

Huwa wieġeb: “Jason Azzopardi ma preżenta l-ebda kwerela la kontra s-suldati, la kontra l-Prim Ministru. Kontra ħadd.”

Din id-dikjarazzjoni tmur il-kontra ta’ dak li qal Adrian Delia stess għaxar t’ijiem ilu meta ddefenda lill-kelliem tiegħu Jason Azzopardi li preżenta kwerela kontra s-suldati, il-Brigadier u l-Prim Ministru u akkużhom bi qtil volontarju tal-immigranti.

Akkuża li ġġorr piena ta’ għomor il-ħabs. Huwa sostna: “L-avukat Azzopardi aġixxa biss bħala avukat fil-qadi tad-doveri professjonali tiegħu.”

Dakinhar Delia anki għamel tiegħu, l-akkużi: “Issa jekk hux il-Brigadier, fuq nett, il-Brigadier fuq nett jew inkella hux suldat wieħed jew tnejn jew mija illi għamlu ħażin allura m tinvestigahomx?”

Kif jixhdu wkoll id-dokumenti tal-kwereli mressqa minn Jason Azzopardi, dawn kienu ffirmati mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ġustizzja.

Saħansitra l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija kien qal li Jason Azzopardi għamel pass tajjeb meta ħarab mill-akkużi li għamel fuq l-armata, billi rrinunzja lilu nnifsu.

Aqra wkoll:

Adrian Delia spiċċa jgiddeb lilu nnifsu biex jiddefendi lil Jason Azzopardi

Send this to a friend