PM – Page 2 – One News

Notifiki

Se jkollna baġit pożittiv u ta’ serħan il-moħħ għall-Maltin u l-Għawdxin

Il-budget li se jitħabbar fil-jiem li ġejjin se jkun wieħed  ta’ serħan il-moħħ u se jolqot b’mod tajjeb u pożittiv lil kull negozju, ċittadin u settur f’pajjiżna.

Iddikjara dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela f’intervista fuq ONE il-Ħadd filgħodu, fejn saħaq ukoll li dan il-budget tant mistenni se jkun qed jikkumplimenta l-mini-budgets li diġà ġew imħabbra fix-xhur li għaddew minħabba l-imxija tal-Corovavirus.

Il-Prim Ministru stqarr, “Il-baġit se jkun wieħed pożittiv, se jkun wieħed tajjeb u se jkun baġit li huwa intunat preċiżament maċ-ċirkostanza li għandna llum, iġifieri se jkun baġit immirat biex mhux biss ikollna żvilupp ekonomiku imma wkoll irkupru ekonomiku u b’mod immirat nolqtu l-aktar dawk is-setturi illi f’dan il-mument jeħtieġ li jiġu mwiezna.”

Il-Prim Ministru ta ħjiel li fost il-miżuri fil-budget li ġej, se jkun hemm dawk immirati apposta għal setturi li ħadu daqqa minħabba l-imxija, fosthom dak turistiku.

Dr Abela sostna, “Miżuri li jolqtu lil dawk l-aktar li f’dan il-mument għandhom bżonn fosthom l-industrija tat-turiżmu. Nafu li filwaqt li f’setturi oħrajn għamilna l-mirkali, f’dawn l-aħħar ġimgħa, is-settur turistiku minħabba ċ-ċirkostanzi ta’ pajjiżna imma prinċiparjament x’qed jiġri barra l-pajjiż – kont Brussell u rajt ajruport vojt – Dawn huma r-realtajiet u ssaqsi l-leaders ta’ pajjiż kollha min jiddpendi fuq it-turiżmu qiegħed ibagħti.”

Il-Mexxej Laburista qal li fil-budget se jkun hemm miżuri kruċjali li se jkomplu jixprunaw il-Proġetti Nazzjonali biex jgħollu l-kwalità tal-prodott turisitiku li noffru bħala pajjiż Malti.

Robert Abela semma wkoll il-pilastru tal-Governanza tajba.

“Pilastru ewlieni ieħor jibqa’ l-governanza. Nemmen fiha u għamilna ħafna f’dawn id-9 xhur, inkomplu nsaħħu l-bidliet illi għamilna u nħarsu ‘l quddiem hekk kif il-governanza tibqa’ l-bażi ta’ kollox imma fl-aħħar mill-aħħar kif se nsarrfu l-governanza tajba f’ġid għan-nies tagħna fi kwalita ta’ ħajja aħjar dan il-baġit it-tema ewlenija hija li ntejjbu l-kwalita ta’ ħajja tal-Għawdxin u Maltin.” Kompla Dr Abela.

Il-Prim Ministru saħaq li fost il-pilastri ewlenin ta’ dan il-budget se jkun hemm ukoll miżuri li jolqtu b’mod tajjeb u pożittiv it-tindif u sbuħija tal-pajjiż kif ukoll dawk marbuta mat-titjib amjentali u anke mal-pensjonanti.

Robert Abela qal li l-għan primarju tal-Gvern huwa li jara li fil-pajjiż ikun hawn l-għaqda nazzjonali, lil’hinn mill-partiti.

Il-Prim Ministru stqarr, “L-għan huwa li jkollna pajjiż li fih tirrenja l-għaqda nazzjonali, jien ma nitkellmix f’terminu ta’ għaqda ġo partit. Għandna partit u Gvern maqgħud, Gvern b’tim konsolidat ta’ nies naħdmu f’direzzjoni waħda u jien nitkellem għola minn hekk. Nitkellem f’termini ta’ għaqda nazzjonaliu dan hu dak li jridu n-nies li ma jridux politika ta’ firda ma jridux diviżjonijiet aħna poplu ċkejken ta’ anqas minn nofs miljun ruħ u poplu wieħed u ejja nżommu dan il-kunċett ta’ għaqda.”

Send this to a friend