


Il-PM iżur fabbrika li se tinvesti €4 miljun għal rinovar u taħriġ
Il-fabbrika Fresh to Go Foods, kumpanija li bdiet topera fl-elfejn u dsatax billi tixtri u tforni frott u ħaxix, ħabbret investiment ta’ erba’ miljun ewro biex jiġu rinovati l-bini tal-fabbrika, il-makkinarju, il-vetturi u fit-taħriġ li jingħata lill-ħamsin ħaddiem li jaħdmu mal-kumpanija.Aqra aktar

Intrapriża tara żieda fl-ammont ta’ impjegati
Grazzi għall-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika, il-kumpanija Dino Fino rnexxielha żżid l-ammont ta’ impjegati tagħha filwaqt li rat tkabbir ekonomiku b’saħħtu matul is-sena l-oħra.
Dan intqal waqt żjara mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri fl-uffiċini tal-intrapriża fejn ġie nnutat ukoll li l-kumpanija baqgħet tħallas il-pagi tal-impjegati tagħha b’mod normali.Aqra aktar

Il-PM jgħid li l-Gvern irid ikun ta’ eżempju fl-isfera tal-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità
Waqt żjara fl-uffiċini tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-operat tal-istat għandu jkun ta’ eżempju fl-isfera tal-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità.Aqra aktar

Jikkundanna l-protesti f’pajjiżu
Il-Prim Ministru Olandiż ikkundanna l-protesti li saru fl-aħħar jiem f’Eindhoven u Amsterdam, li waslu għal ħsarat fuq vetturi tal-pulizija.Aqra aktar

“Gvern għan-nies li ma jiddejjaqx jieħu d-deċiżjonijiet” – il-PM
Gvern onest, għan-nies u li lest jieħu d-deċiżjonijiet.
Kliem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela f’attività politika l-Ħadd filgħodu f’Ħal Tarxien, fi tmiem ġimgħa li l-Gvern immexxi minnu niżel f’diversi komunitajiet jiltaqa’ mar-residenti, bħala parti mill-kampanja Gvern għan-Nies.Aqra aktar

Il-Prim Ministru jilqa’ lir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent fil-Berġa ta’ Kastilja
Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lil Jomike u Lydon – il-missier u l-iben rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent.Aqra aktar

Il-PM jieħu sehem f’laqgħa virtwali tal-Kunsill Ewropew b’rabta mal-pandemija
Il-Prim Ministru flimkien mal-mexxejja Ewropej bħalissa qed jiddiskutu l-pandemija u l-ħtieġa ta’ kollaborazzjoni u kordinament bejn l-istati membri fi ħdan l-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

“Tlabtu jmur jinġabar mal-familja imma qalli li sakemm jara kollox f’postu mhux se jitlaq” – il-PM jieqaf jgħin raġel involut f’hit and run
Il-Prim Ministru Robert Abela assista sewwieq ta’ mutur jismu Gregory li kien involut f’hit and run f’Ħal Luqa.Aqra aktar

Għada l-PM Robert Abela jindirizza attività politika fir-Rabat Għawdex
Il-Ħadd fl-10:45 ta’ filgħodu, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela se jindirizza attività politika fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat, Għawdex.Aqra aktar