Notifiki

Imut Hugh Hefner, il-fundatur tal-Playboy

Hugh Hefner, il-fundatur tar-magażin internazzjonali tal-adulti, Playboy, miet fl-eta ta’ wieħed u disgħin sena.

Playboy Enterprises Inc ħabbru li Hefner miet fil-kwiet ta’ daru, b’kawża naturali. Hefner beda jippubblika Playboy fil-kċina tad-dar tiegħu fl-elf disa’ mija tlieta u ħamsin.Aqra aktar

Tqajjem kjass wara li ppużat għarwiena fuq muntanja sagra

Għal bosta persuni li huma midħla sew tal-midja soċjali, żgur mhux forsi li meta jsiefru jkunu dejjem b’għajnejhom miftuħa biex jaraw fejn l-aħjar li jieħdu r-ritratt perfett.

Speċjalment jekk int mudella ta’ Playboy, b’madwar 300,000 segwaċi. Mudella bl-isem ta’ Jaylene poġġiet ritratt tagħha nnifisha għarwiena ħuta wara li telgħet fuq il-muntanja Taranaki fi New Zealand.

Iżda għalkemm ħafna mis-segwaċi tagħha ħadu gost bih, it-tribù lokali Maori ma ħadux gost hekk kif sejħu dan l-att bħala “insensittiv għall-kultura tagħna.”

Aqra aktar

IR-RITORN TAL-GĦARWENIN

Ir-rivista Playboy ħabbret li se terġa tibda tippublika ritratt ta’ mudelli għarwenin. Is-sena li għaddiet kienet iddeċidiet li tneħħi dawn it-tip ta’ ritratti. Cooper Hefner, responsabbli mill-aspett kreattiv tar-rivista, ħabbar li d-deċijoni li jlibbsu l-għarwenin kienet żball totali.

Permezz ta’ tweet ħabbar li Playboy se jieħu l-identità tiegħu lura. Fl-istess waqt qed jippromwovu l-hashtag #NakedIsNormal.

Ir-reazzjonijiet, kif jiġri dejjem, kienu mħallta. Min feraħ bil-fatt li se jkollu festa ta’ għarwenin għad-disponibilità tiegħu, u min qal li hija sfortuna li materjal pornografiku (hemm dibattitu jissejjaħx hekk) huwa faċli wisq biex taċċessah.

Kuntenta li semmejniha!

Fl-aħbarijiet issib minn kollox. Min jiddejjaq għax iġġibu, min jiddejjaq għax ma ġġibux, u min minkejja li diġa’ jidher ħafna, ijeħu gost jerġa’ jidher.

Dan hu l-każ tal-mudella glamour u playboy girl April Summers, li semmietna fuq il-paġna tagħha fuq Facebook.

Aktar kmieni rrapportajna li Summers, li isimha propja huwa Nadia Foster, tinsab hawn Malta. 

Aqra aktar

Send this to a friend