Min-nhar il-Ġimgħa, 1 ta’ Jannar 2021, Malta se tipprojbixxi l-importazzjoni ta’ prodotti tal-plastik li jintuża darba. Dan wara li ntemm perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika.Aqra aktar

Min-nhar il-Ġimgħa, 1 ta’ Jannar 2021, Malta se tipprojbixxi l-importazzjoni ta’ prodotti tal-plastik li jintuża darba. Dan wara li ntemm perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika.Aqra aktar
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilità ta’ biċċiet tal-plastik fl-istess prodott. Aqra aktar
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kumpanija involuta u aktar tard permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li jista’ jkun fih biċċiet tal-plastik żgħar. Aqra aktar
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kumpanija involuta, dawn il-prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba l-possibilità ta’ preżenza ta’ biċċiet tal-plastik fl-istess prodotti. Aqra aktar
Grupp ta’ surfers salvaw fekruna li kellha nstabet bil-plastik imdawwar ma’ għonqha f’Għajn Tuffieħa.Aqra aktar
Lidl Malta, ħadet id-deċiżjoni li ma tibqax tbigħ prodotti tal-plastik li jintuża darba u se tbigħ prodotti bijodigradabbli minflokhom. Din id-deċiżjoni se tħalli impoatt pożittiv fuq l-ambjent. Aqra aktar
Min b’rakkont viżiv, min b’rapport, u min b’preżentazzjoni. Dawn kienu l-modi li bihom studenti minn għadd ta’ skejjel Maltin għażlu li jissieħbu mal-għaqda Young Reporters for the Environement biex iqajmu għarfien akbar biex jonqos l-użu tal-plastik.
YRE Global irrikonoxxiet żewġ proġetti minn Malta, rakkont awdjo-viżiv li nħadem f’kollaborazzjoni ma’ skola fi Spanja, u studju maħsub biex iħeġġeġ aktar persuni jixtru prodotti Fair Trade, li jfisser li jkunu tkabbru u ġew ippakkjati b’mod li jħares l-ambjent.Aqra aktar
L-ikbar bidla jistgħu jagħmluha ż-żgħażagħ, tgħid l-MEP Laburista Miriam Dalli.Aqra aktar
Kampanja biex tinħoloq kuxjenza dwar l-użu tal-plastik wasslet biex tintrama l-ikbar siġra tal-Milied bil-fliexken tal-plastik fl-iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija. Dan sar ukoll bl-għajnuna tar-residenti tal-lokal.
Din is-sena, Santa Klaws ta daqqa t’id fil-ġlieda kontra l-plastik fl-ibħra tagħna. Waqt inizjattiva ta’ tindif f’San Ġiljan, diversi għaqdiet taw sehemhom biex jinġabar il-plastik u skart goff li kien f’qiegħ il-baħar fl-inħawi ta’ Spinola.
L-attività saret b’kollaborazzjoni bejn Żibel, No to Plastic, u stabbilimenti bħal Raniero’s Adventures, Cafè Cuba, u Park Towers.
Send this to a friend