pjan – One News

Notifiki

Pjan sabiex l-airshow issir f’Settembru

Is-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni ħabbret li qed tippjana li torganizza l-airshow fis-Settembru li ġej. Hija qalet dan fi stqarija fejn qalet li bħalissa qed tagħmel kuntatt ma’ persuni li ħadu sehem fl-edizzjonijiet passati sabiex possibbilment jerġgħu jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Dan minkejja li għadu xi ftit kmieni biex wieħed ibassar min ser ikunu l-parteċipanti tal-edizzjoni ta’ din is-sena. Aqra aktar

Pjan finanzjarju għal wara l-irtirar

Hekk kif fl-2017, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u s-Solitarjetá Soċjali nieda l-istrateġija tal-irtirar u l-kapaċitá finanzjarja, illum ġie mniedi stħarriġ mill-Organizzazjoni għall-Iżvilupp Ekonomiku dwar il-litteriżmu finanzjarju. B’dan l-istħarriġ wieħed jistgħa jara kif il-poplu Malti jieħu deċiżjonijiet dwar kif iqassmu flushom.Aqra aktar

Il-mara bi pjan għal iktar nisa

  • Miriam Dalli tispjega l-ħsieb wara l-programm LEAD
  • Sfida li għandha tinbidel f’opportunitajiet

Miriam Dalli ilha fix-xena politika għal ħafna snin. Minn attivista żagħżugħa, għal ġurnalista stabbilita u Kap tal-Aħbarijiet sakemm wara saret Membru Parlamentari Ewropew ta’ suċċess.

Min jaf kemm tfajliet esprimew ix-xewqa li jimxu fuq il-passi tagħha u filwaqt li xi ftit ikun irnexxielhom jaslu jew jersqu qrib, ħafna oħrajn jkunu ltaqgħu ma’ ntoppi li ma jħalluhomx jagħmlu dan. Ħafna drabi huma ntoppi li jistgħu jingħelbu. Iżda, biex jingħelbu hemm bżonn rieda u sens ta’ tmexxija. Għalhekk inħoloq LEAD. Proġett imniedi mill-Partit Laburista fl-aħħar jiem biex minn Settembru 2017 għal Settembru 2027  il-Partit Laburista jżid b’mod qawwi l-parteċipazzjoni tan-nisa fi ħdanu.

Aqra aktar

IQATTA’ L-KARTI: B’Simon Busuttil addio benefiċċji tal-pjan tal-enerġija

Sinjifikattiva wisq il-mossa ta’ Simon Busuttil fid-diskors tiegħu fil-Parlament illum.

Iqatta’ l-kuntratti fil-qasam tal-enerġija.

Erba’ snin ta’ kampanja negattiva kontra dan il-pjan li wassal għar-roħs fit-tariffi tal-enerġija fissru b’mossa waħda. B’Simon Busuttil daqshekk benefiċċji tal-power station tal-gass. Il-filmat jitkellem waħdu.

Aqra aktar

Milqugħ b’mod pożittiv il-pjan tal-Gvern

Il-Kummissjoni Ewropea laqgħet b’mod pożittiv l-pjan  nazzjonali t’azzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli. Pjan li għamel lil pajjizna on track mal-miri tal-Unjoni Ewropea. Dokument li fi kliem l-Kummisjoni Ewropea huwa pjan ċar favur aktar enerġija nadifa u enerġija mix-xemx.

Aqra aktar

Send this to a friend