Notifiki

X’ġara mis-sett ta’ pitturi ta’ Francesco Zahra fil-parroċċa taż-Żejtun?

L-Oratorju tas-Sagrament Imqaddes fil-parroċċa taż-Żejtun bħalissa jinsab żarmat mis-sett ta’ pitturi tant magħruf ta’ Francesco Zahra li jmorru lura għas-seklu 18. Iżda m’hemmx lok ta’ inkwiet. Dan hekk kif fuq dawn il-pitturi għadu kif beda l-ewwel proċess ta’ xogħol ta’ restawr li qed isir mill-Fond tad-diplomazija kulturali ffinanzjat mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ. Aqra aktar

Disa’ pitturi mill-kollezzjoni nazzjonali għall-wiri f’Palazzo Barberini f’Ruma

Disa’ pitturi li jifformaw parti mill-kollezzjoni nazzjonali u li se jkunu esebiti wkoll fil-mużew il-ġdid tal-arti, il-MUŻA, jinsabu esebiti b’mod prominent fil-wirja ‘Mediterraneo in Chiaroscuro – Ribera, Stomer e Preti da Malta a Roma’ f’Palazzo Barberini f’Ruma.

Fost il-pitturi mislufin għal din il-wirja jinkludu dawk tal-artisti Jusepe de Ribera, Mattias Stom u Francesco de Mura. Dawn jinsabu esebiti ħdejn pitturi oħrajn li jifformaw parti mill-kollezzjoni ta’ Palazzo Barberini. Il-wirja tgħaqqad lil artisti barranin, fosthom ukoll dawk li ġejjin minn ċentri ta’ produzzjoni artistiċi Taljani, li għexu f’Ruma u kienu segwaċi tal-pittur Caravaggio u tal-istil tiegħu magħruf bħala ‘chiaroscuro’. Il-wirja se tibqa’ miftuħa sal-21 ta’ Mejju fil-Gallerija Nazzjonali tal-Arti f’Palazzo Barberini.

Aqra aktar

Send this to a friend