pill – One News

Rabta kkonfermata bejn il-pill u d-dipressjoni

Dan kien l-ikbar studju tat-tip tiegħu, imwettaq fost miljun mara Daniża li għandha bejn il-15 u l-34 sena, li kienu osservati għal 13-il sena.

Riċerkaturi sabu li nisa li jieħdu kontraċettivi b’tipi ta’ ormoni differenti mħallta għandhom 23% aktar possibiltà li jkollhom djanjożi ta’ dipressjoni. Dawk li jieħdu pilloli bil-progesterone biss (il-mini-pill) għandhom 34% ċans li jkollhom dipressjoni. 

Żagħżagħ huma fost dawl l-aktar f’riskju ta’ dipressjoni, bi 80% żieda fil-possibiltà ta’ dipessjoni meta jieħdu l-‘pill’. Ir-riżultati huma aktar inkwetanti meta jintużaw alternattivi oħra, bħal coil, patch u ring.

Riċerkaturi nnotaw li tobba għandhom tendenza ferm inqas li jagħtu l-‘pill’ lil nisa li għandhom dipressjoni u nisa li jesperjenzaw dipressjoni waqt li jkunu qed jieħdu din il-pillola aktarx jieqfu jieħduha. Għalhekk aktarx hemm ħafna każijiet fejn seta kien hemm effett negattiv fuq is-saħħa mentali tal-mara, li ma ġewx studjati bir-reqqa.

Aqra aktar

Kulħadd b’opinjoni dwar il-morning after pill…

Morning after pill” – tliet kelmiet li l-internet xiegħel bihom.

Ilbieraħ mitt mara ressqet protest ġudizzjarju kontra l-istat biex jitolbu li f’pajjiżna tidħol il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza. Il-fondazzjoni tad-drittijiet tan-nisa saħqu li d-drittijiet tagħhom qed ikunu imminati.

Il-Women for Life dalgħodu rreaġixxew u qalu li l-aċċessbilità għall-Morning After Pill twassal biex l-“iżbalji” jittranġaw faċilment billi wieħed jirrikkorri għal din il-kontraċezzjoni. Argumentaw li f’pajjiżi oħra, fejn l-użu ta’ din il-kontraċezzjoni hija waħda faċli, twassal għal iżjed stupru, u tippermetti lil min ikun wettaq l-abbuż biex jgħatti r-reat tiegħu biha.

Hawn, qam rebus.

Aqra aktar

Send this to a friend