pes – One News

It-tim nazzjonali Malti f’PES 2020

It-tim Nazzjonali Malti ser ikun wieħed mit-timijiet internazzjonali inkluż fi Pro Evolution Soccer 2020.

L-appassjonati Maltin tal-logħba tal-futbol ser ikunu jistgħu jilgħabu bi plejers lokali Maltin hekk kif ftit tal-jiem ilu l-kreaturi tal-logħba, KONAMI DIGITAL ENTERTAINMENT, ħabbru partnership esklussiv mal-UEFA.

Aqra aktar

Il-PM f’laqgħa tal-PES fi Brussell

Qabel ma’ jiltaqa’ mal-bqija tal-Mexxejja Ewropej fi Brussell, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jipparteċipa f’ laqgħa mal-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej.

Din il-laqgħa saret bi preparazzjoni għas-Summit li ġej, li se jiddiskuti l-elezzjonijiet Ewropej, l-isfida tal-Immigrazzjoni kif ukoll il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Aqra aktar

IL-PES ifaħħar lil Muscat u bi kliem iebes għall-PN

Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej tkellem ukoll dwar l-inkjesta Egrant u filwaqt li qal li jilqa’ l-inkjesta żied li huwa ta’ tħassib u xokkanti li esperti internazzjonali sabu li kienu ffalsifikati d-dokumenti u l-firem biex sar l-attakk fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

Is-Soċjalisti Ewropej ifaħħru l-kisba ta’ Gvern Laburista u ż-żwieġ ugwali

  • Is-Soċjalisti Ewropej qed ifaħħru l-abozz ta’ liġi introdott minn Gvern Laburista dwar żwieġ ugwali

Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej stqarr li huwa sodisfatt ferm li pajjiżna approva l-abbozz ta’ liġi għal żwieġ ugwali. Il-PES qal li pajjiżna kien il-ħmistax-il pajjiż li daħħal din il-liġi. Il-President tas-Soċjalisti Ewropej, Sergei Stanishev qal “Aktar drittijiet ikomplu jespandu d-demokrazija.”

Aqra aktar

Il-PES ifaħħar il-mod kif Muscat wasal għal surplus

“Is-suċċess li kiseb il-Gvern Malti m’għandux iservi biss ta’ mudell għal gvernijiet soċjo-demokatriċi iżda għal kull pajjiż Ewropew”- Sergei Stanishev

Dan kien kliem il-President tal-Partit Soċjalista Ewropew (PES), Sergei Stanishev, li kellu kliem ta’ tifħir għas-suċċess fiskali li kiseb Gvern Laburista, li fi kliem il-PES, “biddel l-ekonomija tal-pajjiż fi żmien erba’ snin, u għamel hekk filwaqt li implimenta numru ta’ miżuri soċjali bla preċedent.”

Aqra aktar

Kundanna Ewropea għan-nuqqas ta’ azzjoni minn Busuttil

Il-Partit Soċjalist Ewropew ikkundanna lill-Partit Nazzjonalista dwar in-nuqqas ta’ reazzjoni minn naħa tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, dwar kummenti li ntqalu minn kandidat tal-PN, Salvu Mallia, fejn iddeskriva lil Adolf  Hitler bħala mexxej “vera progressiv”.

Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej qalu li huma jinsabu xxukjati mhux biss dwar il-kumment mhux xierqa, izda dwar il-fatt li l-Kap tal-PN naqas milli jaffaċċja din il-kwistjoni mill-ewwel.

Aqra aktar

Send this to a friend