Notifiki

Minn fabbrika tal-konkrit għal Park Nazzjonali ġdid f’Ta’ Qali

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-pjanijiet sabiex fabbrika antika tal-konkrit f’Ta’ Qali tinbidel f’Park Nazzjonali ġdid li se jkun jista’ jitgawda minn kulħadd. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, il-Ministru Ian Borg innota dan l-iżvilupp pożittiv u qal li huwa impenjat li jwassal dan il-proġett għand in-nies.

Aktar tard, fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li dan il-park se jkun jista’ jintuża wkoll għal avvenimenti mużikali li jistgħu jilqgħu sa sbatax-il elf persuna kif ukoll żona kbira għall-picnics li tista’ titgawda minn kulħadd.

Dan il-park se jsir fuq medda ta’ erba’ mija u ħamsin elf metru kwadru u se jkunu investiti għoxrin miljun ewro f’dan l-ewwel park nazzjonali tax-xorta tiegħu.

 

Nista’ nħabbar li għadu kemm ħareġ il-permess għall-Malta National Park 🌳🇲🇹

Grazzi lit-tim kollu tiegħi. Kommess li nwassal għand in-nies dan il-proġett importanti ✅

Posted by Ian Borg on Thursday, 25 March 2021

 

 

JINGĦATA L-PERMESS GĦALL-ISKOLA TA’ BARTS

Kienet approvata l-applikazzjoni għall-iskola medika ta’ Barts f’Għawdex. Din l-iskola medika se ssir fir-Rabat f’żona li hija parti mill-isptar ġenerali ta’ Għawdex, proprju fejn illum hemm il-garaxx tal-ambulanzi.

L-iskola ta’ erba’ sulari se jkollha spazji għal klassijiet ta’ tagħlim, it-tmexxija u anke canteen. Din l-iskola hija waħda mill-iktar rinomati fid-dinja u diġa’ ġibdet l-attenzjoni ta’ akkademiċi u tobba li jridu jissieħbu magħha. Filwaqt li iktar minn elf student barrani diġa’ wrew interess. Aqra aktar

Send this to a friend