Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ 4 sulari għoli f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Qawra

Libjan ta’ 35 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ 4 sulari minn sit ta’ kostruzzjoni fil-Qawra.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12:10 fi Triq Andrew Cunningham fil-Qawra.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza biex tieħu lill-vittma l-Isptar Mater Dei minnufih. Iktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jgħinuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Mara ta’ 28 sena fil-periklu tal-mewt

Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-bajja tax-Xwieni Marsalforn, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Ġermaniża ta’ 28 sena sabet ruħha f’diffikulta waqt li kienet qed tgħum fl-istess bajja.

 Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda f’qagħda kritika.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J Vella Cuschieri LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Tifel ta’ 12-il sena fil-periklu tal-mewt

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-19.00p.m intlaqtet persuna minn vettura fi Triq Sant’ Andrija, San Ġiljan.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li tifel ta’ 12-il sena għal xi raġuni safa’ milqut minn vettura tat-tip King Long wara li kien qiegħed jipprova jaqsam it-triq.

Aqra aktar

Send this to a friend