Notifiki

Baġit ta’ fejda għall-pensjonanti

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna u l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia tkellmu dwar il-miżuri preżentati fil-baġit għas-sena d-dieħla, li se jaraw titjib f’ħajjet il-pensjonanti Maltin u Għawdxin.

Il-Ministru Scicluna spjega li hemm l-pakkett ta’ għoxrin miżura specifikament għall pensjonanti, minbarra miżuri oħra li se jolqtuhom indirettament. Qal li dan kien l-ewwel baġit li b’mod effettiv, kemm b’miżuri kbar u anke b’oħrajn iżgħar, se jolqtu lill-anzjani fil-laħam il-ħaj. Il-pakkett kollu, inkluż bil-greviances jaqbeż l-€20 miljun ewro.

Il-Ministru Farrugia qal li l-gvern ra li min ma ntlaqatx igawdi ukoll, filwaq li elenka l-miżuri ewlenin immirati għall-anzjani direttament. L-ewwel nett tħabbret it-tieni żieda fil-pensjonijiet, wara żieda oħra s-sena li għaddiet. Dan qed isir wara 25 sena mingħajr żidiet.

Fil-baġit li għadda żdiedet il-pensjoni minima għal €140 fil- ġimgħa għal eluf ta’ pensjonanti. Il-Gvern b’hekk irnexxielu jagħmel dak li ma għamilx dak ta’ qablu għal bosta snin. Pensjonanti miżżewġa fuq pensjoni waħda u minima raw żieda ta’ €4.15 fil-ġimgħa.

Aqra aktar

Mhux se tiżdied l-eta’ tal-irtirar

Il-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni li jgħolli l-eta’ tal-irtirar minkejja li jħeġġeġ lil dawk li jistgħu jirtiraw biex ikomplu jaħdmu permezz ta’ inċentivi finanzjarji li diġa’ qed ikunu offruti. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal dan waqt seminar organizzat mill-Istitut tas-servizzi finanzjarji dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna fil-futur u kif il-viżjoni tas-sistema tal-pensjoni tidħol f’dan il-kwadru.

Aqra aktar

Send this to a friend