partit nazzjonalsita – One News

Clyde Puli u David Thake jitgħajru fil-pubbliku

Il-Malti jgħid li jekk trid tkun vili allinqas kun sottili.

Madankollu dan żgur li ma japplikax għaż-żewġ fazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista hekk kif esponenti mill-kamp ta’ Adrian Delia u dak ta’ Simon Busuttil qattgħu n-nofs ta’ nhar tal-Ħadd filgħodu jinsulentaw lil xulxin fuq Twitter.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli li ftit tal-jiem ilu ftaħar li t-tmun tal-Partit Nazzjonalista jinsab f’idejh, ħareġ b’attakk sfrenat fil-konfront ta’ David Thake, wieħed mis-suldati tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil. Aqra aktar

Ieħor li m’għadux jemmen li Busuttil onest

Simon Mercieca, wieħed mill-awturi tar-rapport tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista u għal żmien twil kritiku tal-Prim Ministru, issa wkoll qed jibda jemmen li Joseph Muscat huwa iktar onest minn Simon Busuttil. 

F’The Malta Indepdent kiteb kif il-Partit Nazzjonalista qed jattakka lil Frank Portelli għax qed jgħid l-affarijiet kif inhuma u fetaħ kritika bla preċedent fil-konfront tal-kap caretaker Simon Busuttil.

F’dikjarazzjoni iebsa, Mercieca qal li minkejja li ħafna ddeskrivew lil Busuttil bħala raġel ta’ prinċipju u l-persuna likellha teradika l-korruzzjoni, hu qed jara iktar onestà f’Joseph Muscat milli f’Busuttil.  

Aqra aktar

“Il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid jagħmel distinzjoni bejn in-nies abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom”

Simon Busuttil jikkonferma l-qasma interna fuq il-liġi tal-Ugwaljanza

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal kif f’intervent telefoniku fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ikkonferma l-u-turn li jrid jagħmel il-Partit tiegħu fuq il-liġi tal-Ugwaljanza hekk kif huwa jrid jagħmel distinzjoni fil-liġi bejn nies li huma LGBTIQ u dawk li huma eterosesswali.

Il-PL qal kif din hija mossa ċara li turi l-kliem fuq żwieġ indaqs qabel l-elezzjoni kien biss kliem għall-konvenjenza politika u mhux kwistjoni ta’ prinċipju.

Aqra aktar

“Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil huwa falz”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil huwa falz. Xi ħaġa li kkonkludew il-Ministru Owen Bonnici u l-Ministru Edward Zammit Lewis f’konferenza tal-aħbarijiet li għadha kif intemmet ftit tal-ħin ilu. Il-Ministru Owen Bonnici qal li dan il-Gvern erba’ snin ilu sab li ma kienx hemm liġi tal-finanzjament tal-partiti politiki u xejn ma kien regolat.

F’dak iż-żmien il-Gvern għamel konsultazzjoni ma’ membri anke tal-Oppożizzjoni biex din il-liġi verament tirrifletti serjetà, iżda llum sirna nafu li f’dak iż-żmien li l-PN ried din il-liġi, fl-istess ħin qed joħloq skema b’irċevuti foloz biex ikisser il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti fil-waqt li nieda skema ċedoli.

Aqra aktar

“Simon Busuttil artist fl-ipokrezija politika”

Ċar u dirett il-messaġġ tal-Partit Laburista dwar l-applikazzjoni ta’ Toni Bezzina biex jibni villa f’ODZ. F’konferenza tal-aħbarijiet tkellmu d-deputat Franco Mercieca u l-Ministru Edward Zammit Lewis. “Dan hu każ ieħor fejn il-PN jippriedka ħaġa u jagħmel mod ieħor,” qal Mercieca li nnota kif Bezzina applika fuq isem martu biex jinħeba. Bil-pjanti f’idejhom il-kelliema urew kif l-applikazzjoni ma kinetx għal riġenerazzjoni ta’ żewġt ikmamar kif qal Toni Bezzina.

Aqra aktar

Send this to a friend