Partit Nazzjonalista – Page 79 – One News

Notifiki

ARA HAWN: Doċċa kiesħa għal David Casa

“Ejja nitkellmu fuq affarijiet li huma relevanti għal dan il-kumitat.” Kien dan il-messaġġ taċ-chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali tal-Parlament meta David Casa għal darb oħra injora l-aġenda tal-Parlament biex jgħajjar korrotti lill-Ministri Maltin.

Bħaċ-chairperson ħasbuha wkoll Membri tal-Parlament Ewropew, kif tista’ tara f’dan il-filmat. Wara li lbieraħ Simon Busuttil għamel jum idur Brussell għalxejn, tal-lum tassew kienet doċċa kiesħa għall-MEP Nazzjonalista.

Aqra aktar

MINFLOK WIEĠEB IRRAPPORTANA LILL-PULIZIJA

Ix-shadow minister Nazzjonalista, Jason Azzopardi, mhux biss għażel li ma jweġibx mistoqsijiet ta’ ONE NEWS iżda rrapporta lill-ġurnalista tagħna lill-Pulizija.

Dan wara li barra l-uffiċċju tal-kostitwenza stennietu biex titlob spjegazzjonijiet wara l-aħħar żviluppi b’rabta mad-deal tal-Lowenbrau.

Aqra aktar

Busuttil fi Brussell biex iżid il-pressjoni fuq il-kumitat PANA

F’ġurnata fejn huma bosta l-Ministri Maltin li qegħdin fil-Parlament Ewropew jippreżentaw il-prijoritajiet ta’ Malta, il-Kap tal-Oppożizzjoni ilu ġurnata jdur il-kurituri tal-Parlament Ewropew jipprova jikkonvinċi membri tal-Partit Popolari Ewropew biex minflok jitkellmu dwar is-suġġett jgħidu xi ħaġa dwar il-Panama.

Aqra aktar

Iktar perċezzjoni ta’ korruzzjoni f’sena li nkixfu skandli kbar

Transparency International ħarġet ir-rapport annwali tagħha dwar il-perċezzjoni ta’ korruzzjoni u fih Malta rreġistrat żieda fil-perċezzjoni ta’ korruzzjoni. Fil-fatt Malta kisbet 55 punt meta s-sena ta’ qabel kellha 56 punt u għalhekk klassifikat fis-47 post minn 176 pajjiż.

Ir-rapport huwa bbażat fuq is-sena 2016 meta f’pajjiżna ddominaw numru ta’ każi fejn politiċi ewlenin kienu involuti fi stejjer li qajmu mistoqsijiet kbar u waslu għal investigazzjonijiet. Investigazzjonijiet li tmexxew kemm minn awtoritajiet u anke minn Pulizija.

Aqra aktar

“Forsi ħass iktar il-bżonn li kellu jiddefendi lil Salvu Mallia” – Mario de Marco

F’intervista online, Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco tkellem dwar dak li Simon Busuttil għadu ma lissen ebda kundanna dwaru: l-attakki fuqu mill-blogger Nazzjonalista, Daphne Caruana Galizia.
Fi kliem de Marco: “tweġġa’, tweġġa’ għax ovjament mod wieħed jattakkani għal assenza mhux ġustifikata…imma meta  jkollok assenza ġustifikata, wieħed kien japprezza xi ftit sensittività”.
Mistoqsi kif jirreaġixxi għall-fatt li Busuttil ma qabeż għalih xejn, de Marco kellu jwieġeb “l-attakk ma kienx fil-konfront tal-partit, kien fil-konfront tiegħi”.
Jekk dan mhux biżżejjed, mistoqsi għaliex Busuttil iddefenda lil nies bħall-kandidat Salvu Mallia, iżda lil Viċi Kap le, de Marco wieġeb “forsi ħass iktar il-bżonn li kellu jiddefendi lil Salvu Mallia”.
Dan kien kliem ta’ Viċi Kap meqjus moderat, li ma sabx spalla mill-Kap tiegħu u li kellu juża facebook biex jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu.

Jason Azzopardi għandu jgħid ċar u tond li Zaren Vassallo gideb taħt ġurament fil-Qorti

Is-Sur Zaren Vassallo, bil-ġurament quddiem il-Qorti, ikkonferma li ltaqa’ mal-Ministru responsabbli mil-Lands u ġie imwiegħed kompromess dwar l-art tal-Lowenbrau. Liema kompromess fil-fatt ingħata u ngħalaq minn Jason Azzopardi bħala Ministru tal-Lands.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija. Żied jgħid li Jason Azzopardi pprova jitfagħha fuq l-eks Ministru Tonio Fenech, imma pront wieġeb Tonio Fenech, li kkonferma li Jason Azzopardi kien effettivament il-Ministru tal-Lands dak iż-żmien.

Idur kemm idur, sostna l-Partit, Jason Azzoapardi ma jistax imeri xhieda ġuramentata. Jekk jasal jagħmilha, għandu jiddikjara ċar u tond li Zaren Vassallo gideb fil-Qorti u jiftaħ każ ta’ sperġur fil-konfront tiegħu.

 

Kandidat Nazzjonalista akkużat b’theddid

Il-kandidat Nazzjonalista Ryan Mercieca allegatament hedded lil persuna barra l-Qorti. Jirriżulta li l-każ ġara wara li l-kandidat fuq it-tlettax-il distrett fetaħ libell kontra l-editur tat-Torċa. F’Jannar tas-sena l-oħra, it-Torċa kienet irrapurtat li għaqda mhux governattiva li tagħha Ryan Mercieca huwa segretarju kienet fiċ-ċentru ta’ taħwida wara li naqset
milli tipprovdi dokumenti importanti dwar fondi Ewropej.

Kif kien qed jinstema’ l-każ ta’ libell, xehed it-teżorier tal-għaqda ,li stqarr kif hu qatt ma ngħata d-dokumenti oriġinali tal-proġett marbuta ma’ fondi Ewropej iżda dawn dejjem kienu f’idejn il-President jew is-Segretarju tal-għaqda. Wara din ix-xhieda, fil-kuridur tal-Qorti, il-kandidat Nazzjonalista allegatament mar fuq ix-xhud tiegħu stess u qallu “Issa ġejja tiegħek”.

Kien hawn li quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale, l-avukat tax-xhud spjegat kif il-klijent tagħha kien għadu kemm ġie mhedded. Min-naħa tiegħu l-Maġistrat talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga dan il-każ dwar theddid. Sadanittant il-kandidat Nazzjonalista Ryan Mercieca huwa wieħed minn dawk ferm imbuttati mill-Kap Simon Busuttil. Huwa sigriet magħruf li wara li l-aspirazzjonijiet politiċi ta’ Giovanna Debono spiċċaw fix-xejn, il-Kap Nazzjonalista beda jimbotta l-kandidat żagħżugħ Ryan Mercieca li issa jinsab taħt il-lenti ta’ investigazzjoni mill-pulizija dwar theddid.

 

Tkellmu mal-Ministru darbtejn, sfida oħra lil Azzopardi

Fil-każ tad-deal tal-Lowenbrau, mhux darba kien hemm min kellem lill-Ministru, iżda darbtejn. Qal dan il-Ministru Owen Bonnici f’konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha fakkar kif fir-rapport tal-Awditur Ġenerali joħroġ biċ-ċar li xi ħadd kien kellem lill-Ministru biex jitneħħew il-kundizzjonijiet oriġinali.

Biex wara li tneħħew il-kundizzjonijiet u sar magħruf li dan sar b’mod li nkisret il-liġi, kien Żaren Vassallo li tkellem mal-Ministru u dan wiegħdu kompromess.

Aqra aktar

Send this to a friend