BIL-FILMAT: Iqumu mistoqsijiet fuq il-ħiliet strateġiċi ta’ Peregin wara li fallew l-ispins

F’ġimgħa fejn żewġ spins tal-Partit Nazzjonalista ma ħadmux għaliex ġew imgiddba, nies fid-Dar Ċentrali qed jippuntaw is-swaba’ lejn Chris Peregin, li ġie ingaġġat b’pakkett ta’ eluf ta’ ewro biex imexxi l-istrateġija politika f’tal-Pietà għal Kap Bernard Grech.

Sorsi qrib id-Dar Ċentrali qalulna li nies li ilhom jaħdmu fil-Partit Nazzjonalista nnutaw li Peregin mhux qed ikun il-pedina importanti li tant neffħuh ċertu nies ta’ Bernard Grech.

Aqra aktar

L-Ispeaker jinnota b’dispjaċir li twarrbet l-għaqda għal okkażjoni storika Maltija

L-Ispeaker Anġlu Farrugia innota b’dispjaċir li simpożju tal-ewwel tip tax-xorta tiegħu fejn eks Speakers kienu se jiltaqgħu fis-Sala tal-Parlament bħala parti mill-attivitajiet li jfakkru l-mitt sena anniversarju tal-Parlament Malti, kellu jitħassar.

Dan wara li kif ġie rappurtat fil-midja, numru ta’ Speakers predeċessuri tiegħu infurmawh li ma kinux se jattendu.

Aqra aktar

Il-PN ta’ Busuttil b’attakk fuq George Vella u jitolbu jirriżenja

Il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil fi ħdan il-Partit Nazzjonalista fosthom id-deputati tal-Blue Heroes u Simon Busuttil innifsu qed jitolbu għar-riżenja tal-President ta’ Malta George Vella.

Magħhom ingħaqad Kevin Cassar l-eks kandidat Nazzjonalista.

Fil-fatt kien hu li f’artiklu fuq it-Times kiteb biex jirriżenja l-President tar-Repubblika ta’ Malta.Aqra aktar

Il-PN jgħid li r-rabtiet tiegħu ma’ Yorgen Fenech m’għandhomx ikunu suġġett għall-kritika

Il-Partit Nazzjonalista filwaqt li jattakka u joħroġ stqarrijiet fuq membri tal-Gvern, jgħid li mbagħad m’għandux jiġi kritikat hu dwar rabtiet bejn membri prominenti tal-Oppożizzjoni u s-suspettat mandat tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech.Aqra aktar

Adrian Delia jgħid li Manuel Delia huwa giddieb

L-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li Manuel Delia huwa giddieb meta dan kiteb dwar l-eks Kap tal-Oppożizzjoni u l-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

B’reazzjoni għall-artiklu ta’ Manuel Delia, li mhux l-ewwel darba li kiteb kontra Adrian Delia u ħadem biex dan tal-aħħar ma jibqax Kap Nazzjonalista, Adrian Delia qal li dak li kiteb Manuel Delia huwa gidba assoluta.

Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Adrian Delia għalaq bil-kelma giddieb lejn Manuel Delia.

Aqra aktar

In-nies ta’ Bernard Grech ikkordinaw block vote fl-elezzjoni tal-eżekuttiv tal-PN

L-elezzjoni għall-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, li saret bejn is-16 u s-17 ta’ Lulju li għadda kienet ikkaratterizzata minn block vote.

Dan il-block vote ieħor mimli intriċċi fil-Partit Nazzjonalista, fejn Nazzjonalisti jimminaw Nazzjonalisti oħra, tmexxa min-nies tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u minn nies qrib il-Kap Nazzjonalista, Bernard Grech.

Fost dawn hemm ħu d-Deputat Nazzjonalista Chris Said, is-Sindku tan-Nadur, Edward Said.

Sorsi fid-Dar Ċentrali qalu ma’ ONE News li jikkordina dan il-block vote kien hemm ukoll Alessandro Farrugia, il-kelliem ta’ Bernard Grech.

Din tal-block vote fil-Partit Nazzjonalista mhijiex xi ħaġa ġdida.

F’Jannar li għadda, il-fazzjoni ta’ Simon Busutill għamlet l-istess eżerċizzju fl-elezzjoni għall-kumitat sezzjonali ta’ Tas-Sliema, li din l-elezzjoni tħassret, hekk kif dawk tal-eks Kap Adrian Delia rtiraw il-kandidatura tagħhom.

Dan il-block vote imbotta nies li huma tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u ħalla barra lil dawk li kienu fil-fazzjoni ta’ Delia.

Fost dawk li ħallew barra kien hemm is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista, Roselyn Borg Knight.

F’April li għadda, Borg Knight ħarġet tgħid li l-partit ta’ Bernard Grech għandu l-problemi u li għandu jieqaf idoqq l-istess diska.

Dan il-block vote ħalla barra wkoll lill-Avukat Joe Giglio, minħabba li dan tal-aħħar jitqies bħala theddida għall-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.

Iżda Giglio tela’ b’saħħa fl-eżekuttiv.

Mill-informazzjoni li għandna Giglio ried sieq fl-Eżekuttiv biex ikun jista’ jissielet għall-attakki li qed jagħmlu kontra tiegħu.

Dan b’mod partikolari l-klikka tad-deputati Nazzjonalisti Chris Said, Karol Aquilina u Jason Azzopardi.

Sadanittant fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista reġgħu ġew eletti Francis Zammit Dimech, Michael Fenech Adami u Alex Perici Calascione.

Huma ħadu nofs is-siġġijiet għall-elezzjoni li kien hemm għall-Eżekuttiv.

Send this to a friend