Partit Nazzjonalista – Page 4 – One News

Notifiki

PBO jilmenta għax sejjaħnielu Eks Segretarju Ġenerali tal-PN

Pawlu Borg Olivier ilmenta ma’ ONE News li ssejjaħ bħala eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista flok Avukat wara li fetaħ protest ġudizzjarju kontra l-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri u l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta Jeffrey Curmi dwar l-immigrazzjoni.

Pawlu Borg Olivier bagħat kjarifika lil ONE News u rrifjuta li nsejħulu wkoll bħala esponent tar-Repubblika. Aqra aktar

Delia komdu b’Karol Aquilina warajh

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qed jibqa’ sieket għal kollox fuq l-aġir tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, li saq b’mod perikoluż u pperikola ħajjet pulizija mis-sezzjoni ta’ traffiku. Aqra aktar

Delia għadu ma lissinx kelma dwar l-aġir ta’ Karol Aquilina

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għadu ma lissinx kelma waħda fuq l-aġir tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.

Filmat esklussiv, li xxandar waqt il-programm Pjazza, wera kif Karol Aquilina prova jfixkel skorta ta’ delegazzjoni ta’ Ministru Barrani li kien f’pajjiżna. Filwaqt li l-karozzi l-oħra warbu u segwew l-ordnijiet tal-pulizija, waqt li kien qed isuq fi triq li tagħti lejn il-Belt, Aquilina mhux biss daħal f’nofs il-karozzi tad-delegazzjoni, imma saħansitra dak li llum huwa il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-governanza saq meta id-dwal tat-traffiku kienu juru l-aħmar u ma tax ċans lin-nies jaqsmu.

Aqra aktar

Juża l-kliem “bla moħħ” meta tkellem dwar il-Gvern u l-ekonomija

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ddikjara li fl-ekonomija għandna Gvern bla moħħ.

F’intervista fuq l-istazzjon tiegħu, il-Ħadd filgħodu Delia kien negattiv u attakka lil Gvern fuq kull deċiżjoni ta’ fejda li waslet biex pajjiżna jkun rikonoxxut minn madwar id-dinja bħala pajjiż mudell għal kif qed jikkontrolla l-imxija. Aqra aktar

Send this to a friend