Partit Nazzjonalista – Page 2 – One News

Notifiki

Ir-ribelli wara Bernard Grech biex jieħu post Delia

Il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, li sfiduċjaw lil Kap Nazzjonalista Adrian Delia erba’ darbiet, bdew bid-diskussjonijiet sabiex jingħaqdu wara kandidat wieħed sabiex jikkontesta lil Delia fit-tellieqa li ser issir għal Kap Nazzjonalista.Aqra aktar

Arrigo jgħid li r-ribelli pruvaw jaħtfu l-midja Nazzjonalista

Il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil pruvat tieħu taħt idea lill-midja tal-Partit Nazzjonalista l-MEDIA LINK f’tentattiv ieħor li jkollha vantaġġ fl-elezzjoni għal Kap li jmiss.Aqra aktar

Toħroġ għonqha għal Jason Azzopardi li ġie mgiddeb

Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg ħarġet għonqha għall-Jason Azzopardi hekk kif qalet li l-konnessjonijiet li għandu ma’ Yorgen Fenech huma differenti minn dawk li għandu l-Kap Adrian Delia.Aqra aktar

Therese Comodini Cachia tħossha użata u mormija

Therese Comodini Cachia, li fl-aħħar ġimgħat serviet bħala l-wiċċ tal-grupp tad-deputati ribelli kontra l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia biex teħodlu postu, issa qed tħossha użata u traduta minn sħabha stess.Aqra aktar

56% tal-Kunsilliera Nazzjonalisti għażlu li jmorru għal elezzjoni ta’ Kap

Il-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista għażlu li ssir tiġrija oħra għal Kap Nazzjonalista, f’dik li hija l-aħħar u l-ikbar minn sensiela ta’ daqqiet ta’ ħarta għall-Kap Adrian Delia.Aqra aktar

Id-deputati li sfiduċjaw lil Delia jgħidu li kien żball tagħhom li Delia sar Kap

Id-deputati li sfiduċjaw lil Kap Nazzjonalista Adrian Delia, qegħdin jgħidu lil kunsilliera Nazzjonalisti sabiex jivvotaw li jmorru għal elezzjoni għal Kap Nazzjonalista, għax se jtuhom l-għażla.

Id-deputati li sfiduċjaw lil Kap qed jargumentaw mal-kunsilliera li kien żball tagħhom li Delia sar Kap, għax ma tawx għażla wiesgħa lil kunsilliera u t-tesserati fl-elezzjoni li saret għal Kap fl-elfejn u sbatax.

Għaldaqstant, din id-darba d-deputati li sfiduċjaw lil Kap qegħdin imorru b’lista ta’ kandidati li lesti li joħorġu sabiex Adrian Delia ma jibqax Kap.

Aqra aktar

David Casa jitkellem kontra Delia fil-Qorti

L-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa għażel li jiftaħ attakk ieħor fuq il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, waqt li kien qed jixhed fl-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Casa huwa wieħed mid-dsatax-il deputat li sfiduċja lil Adrian Delia fil-laqgħa tal-grupp parlamentari.

Aqra aktar

Send this to a friend