Minkejja x-xita u temp ikrah li ħakmu l-gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar jiem, is-Sibt filgħodu l-Partit Laburista u l-Forum Żgħażagħ Laburisti niżlu fit-toroq ta’ Pembroke, il-Mellieħa u Marsalforn Għawdex fejn f’temp ta’ erba’ sigħat, inġabar skart ta’ kull tip. Dan kollu sar biex titqajjem kuxjenza akbar dwar l-importanza ta’ ambjent nadif fejn ngħixu.Aqra aktar
