Partit Laburista – Page 65 – One News

Notifiki

Ġustizzja ma’ iktar suldati

Tul din l-amministrazzjoni 366 suldat ingħataw ġustizzja wara li għal bosta snin kienu vittmi ta’ diskriminazzjoni f’post tax-xogħol fejn kienu qed iservu lill-pajjiż.

Dan riżultat tal-fatt li fl-aħħar tliet snin il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta attwa numru ta’ miżuri skont rapporti li saru minn naħa tal-bord tal-inġustizzji tal-forzi tal-armati ta’ Malta.

Aqra aktar

Mar żmerċ b’4,500 persuna

 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, ma jridx jitkellem dwar l-impjiegi. Dan f’mument fejn dawk jirreġistraw għax-xogħol huma n-nofs ta’ li kienu fi żmien il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern. Anke jekk skont il-previżjonijiet ta’ Simon Busuttil il-qgħad kellu jitla għal 8000.

Aqra aktar

L-AUM: “Se tagħti ħajja ġdida lin-naħa t’isfel ta’ Malta”

Il-proġett tal-American University of Malta, li propju lbieraħ ingħata l-liċenzja mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla, se jkun proġett li se jagħti ħajja ġdida lin-naħa ta’ isfel ta’ Malta, b’aktar tkabbir ekonomiku, aktar opportunitajiet u tkattir ta’ aktar impjiegi. 

Il-Partit Laburista qal li fuq kollox dan huwa proġett li se jfisser li f’Malta se jkollna t-tieni Università, Università li huwa maħsub li se tkun qed tattira lejn Malta ’l fuq minn 4,000 student mifrux fuq f’Bormla u Wied il-Għajn. Aqra aktar

Il-maġġoranza tal-istudenti Maltin kuntenti bis-sistema ko-edukattiva

Studju li għamel il-Ministeru għall-Edukazzjoni juri biċ-ċar li l- maġġoranza tal-istudenti Maltin huma kuntenti bis-sistema ko-edukattiva f’Malta. Fl-Istess waqt l-għalliem saħħqu li draw din is-sistema u kuntenti bil-mod kif l-istudenti qed jirrispondu għaliha.

Dan kollu ntqal waqt konferenza stampa l-Ġimgħa filgħodu li sejjaħ il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo.

Aqra aktar

easyJet tagħżel lil Malta għall-manutenzjoni

Il-kumpanija tal-ajru easyJet għażlet lill-kumpanija Maltija SR Technics biex tagħmel manutenzjoni tal-flotta tal-ajruplani tagħha għall-ħames snin li ġejjin. Dan il-qbil ġie iffirmat fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat u s-CEO tal-kumpanija SR Technics.

Aqra aktar

Mhux se tiżdied l-eta’ tal-irtirar

Il-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni li jgħolli l-eta’ tal-irtirar minkejja li jħeġġeġ lil dawk li jistgħu jirtiraw biex ikomplu jaħdmu permezz ta’ inċentivi finanzjarji li diġa’ qed ikunu offruti. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal dan waqt seminar organizzat mill-Istitut tas-servizzi finanzjarji dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna fil-futur u kif il-viżjoni tas-sistema tal-pensjoni tidħol f’dan il-kwadru.

Aqra aktar

Dak li nitgħallmu l-iskola mhux biżżejjed

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo waqt Business Breakfast saħaq li dak li nitgħallmu l-iskola mhux biżżejjed.

Huwa spjega li jekk irridu nitgħallmu nagħmlu xi ħaġa, rridu napplikaw u nipprattikaw dak li tgħallimna. Huwa propju dan li qed tippromwovi l-Education Plus.

Aċċena dwar il-fatt li jekk is-s0ċjeta’ tikkrolla, ikollna sitwazzjoni fejn jiġu affetwati b’mod negattiv l-impjegabilita’ u l-ekonomija.

Aqra aktar

“Jibqa’ ċass u ma jagħmel xejn”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qed jiqba’ ċass u ma jagħmel xejn. Hekk sostna d-Deputat Mexxej għall-Affarjiet tal-Partit Laburista Chris Cardona waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar l-aħħar żviluppi fuq il-każ ta’ Toni Bezzina.
Huwa żied jgħid li quddiemu Busuttil għandu deputat li abbuża mill-poter, gideb lill-Parlament, lill-Qorti u f’inkjesta. “Iżda bħala Mr Double Standards Simon Busuttil qed jibqa’ ċass u ma jieħux passi fil-konfront ta’ Toni Bezzina.Aqra aktar

Send this to a friend