Partit Laburista – Page 52 – One News

Notifiki

“B’mod ċar Simon falz għandu jwieġeb: min hemm wara l-invoices foloz?”

B’mod ċar Simon Busuttil għandu jwieġeb min hemm wara l-invoices foloz.

Dan kien il-punt ewlieni li saħqu dwaru l-Ministru Owen Bonnici u d-deputat Laburista Charles Mangion waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Charles Mangion spjega li issa l-Partit Laburista ilu erba’ ġimgħat jistaqsi fuq skandlu li jibda u jispiċċa ma’ Simon Busuttil. Qal li dan hu kap tal-Oppożizzjoni li filwaqt li jitkellem fuq il-governanza tajba, trasparenza u onestà, imur jitlob lill-imprendituri jħallsulu l-pagi. Jitlob hu stess, ma jinqeda b’ħadd u dan għamlu b’omertà kbira anke minn uħud minn sħabu stess.

Aqra aktar

Il-Partit Laburista jiltaqa’ mal-Gozo Business Chamber

Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona flimkien mal-President tal-Partit Daniel Micallef u s-Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali Lydia Abela żammew laqgħa mal-Gozo Business Chamber.

Chris Cardona tkellem fuq l-avvanżi ekonomiċi li saru f’dawn l-aħħar 4 snin, avvanżi ekonomiċi li waslu għal aktar tkabbir ekonomiku li fisser il-ħolqien ta’ aktar impjiegi anke f’Għawdex. Id-Deputat Mexxej Laburista saħaq li Għawdex hija ekonomija distinta minn dik ta’ Malta u għaldaqstant għandha anke bżonnijiet differenti.

Aqra aktar

Kunsens li l-ekonomija miexja ‘l quddiem u li x-xogħol maħluq huwa bla preċedent

Deċiżjonijiet li ħa u qed jieħu dan il-Gvern waslu biex illum hawn kunsens li l-ekonomija miexja ‘l quddiem u lin-numru ta’ xogħol maħluq huwa bla preċedent

F’konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun indirizzata mid-Deputat Laburista Silvio Schembri u minn Dr Gavin Gulia ntqal kif frott id-deċiżjonijiet li ħa u qed jieħu dan il-Gvern illum waslu għall-kunsens li l-ekonomija miexja ‘l quddiem u lin-numru ta’ xogħol maħluq huwa bla preċedent.

Id-Deputat Laburista Silvio Schembri sostna li l-ikbar indikatur ta’ ekonomija li tkun sejra tajjeb huwa x-xogħol u saħaq li llum l-opportunitajiet ta’ xogħol milli hawn nies jirreġistraw.

Aqra aktar

Inkomplu nibnu fuq is-suċċessi tal-Gvern

L-attivitá tal-Partit Laburista li immarkat ir-raba sena ta’ gvern laburista, kienet indirizzata mid-Deputat mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona u s-Segretarja tal-eżekuttiv tal-Partit Laburista Lydia Abela .

Ilkoll kellhom messaġġ ċar, li l-moviment tal-partit laburista qed jikber u aktar persuni fl-elezzjoni ġenerali se jagħtu l-fiduċja lill-partit laburista. Moviment li iwettaq ħidma u kiseb kisbiet kbar, li se jkompli jibni fuqhom fis-sitt snin li ġejjien .

Aqra aktar

Investiment ieħor fil-jiem li ġejjin

Il-Ministru għall-Investiment u l-Ekonomija, Chris Cardona, indika li fil-jiem li ġejjin f’pajjiżna se jitħabbar investiment internazzjonali ieħor.

F’diskors li għamel f’attività maħsuba biex tfakkar ir-raba’ sena mir-rebħa ta’ Gvern Laburista qal li filwaqt li lbieraħ beda x-xogħol fuq l-iskola medika ta’ Barts, f’Għawdex, indika li l-ġimgħa d-dieħla se jitħabbar investiment internazzjonali ieħor.

Hemm bżonn li l-Forum Żgħażagħ Laburisti jkun pass aktar ‘l quddiem mill-Partit Laburista

Huwa meħtieġ li l-Forum Żgħażagħ Laburisti tkun aktar avante garde, li tkun pass aktar ‘l quddiem mill-Partit Laburista u ma tiddejjaqx tiddiskuti materji li jkunu jaħarqu anke jekk il-Partit Laburista stess ma jkunx qed jaqbel magħhom.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza l-laqgħa ġenerali annwali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun.

Aqra aktar

Simon Busuttil ma jistax jibqa’ sieket; għandu jippubblika l-invoices minnufih

Quddiem l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali li se tinvestiga l-Iskema Pagi tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ma jistax jiqba’ sieket.

Dan kien il-qofol ta’ konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Partit Laburista mill-Ministru Owen Bonnici u Dr Stefan Zrinzo Azzopardi.

Il-Ministru Bonnici qal li f’dan il-każ hemm ksur serju tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Spjega li hija ċara fil-liġi li min jagħti flus lill-Media.link ikun tagħhom lill-Partit Nazzjonalista. Il-Ministru żied jgħid li llum il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jagħti x’jifhem li l-Kummissjoni Elettorali qed tinvestiga lill-Partit Nazzjonalista. Dan iddeskrivih bħala aġir fjakk u miskin, u sar bħala reazzjoni biex jagħtti lil tad-DB. “Huwa attakk iddisprat minn tal-PN” stqarr Bonnici, u sostna li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jiffoka fuq il-każ tad-DB, li jibda u jispiċċa ma’ Simon Busuttil.

“L-investigazzjoni hija kollha kemm hi fuq il-Partit Nazzjonalista”

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil ma baqagħlhomx żejt f’wiċċhom. L-investigazzjoni hija dwar il-ksur tal-liġi permezz ta’ donazzjonijiet illegali, b’invoices foloz u li ma għandu xejn x’juri għalihom.

Il-PL qal li l-attakk ta’ disprament li qabdu l-Partit Nazzjonalista beda jivvinta l-każijiet fuq il-Partit Laburista li qed jimxi pass pass mal-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni Elettorali stess.

Aqra aktar

Send this to a friend