Partit Laburista – Page 50 – One News

Notifiki

S&P TIKKONFERMA L-BŻONN TAL-IMPJANT TAL-GASS

L-aġenzija internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Standard and Poor’s ikkonfermat ir-rating BB- tal-Enemalta, filwaqt li qalet temmen li l-futur tal-korporazzjoni huwa wieħed stabbli. F’rapport ippubblikat ftit tal-minuti ilu Standard and Poor’s qalet li l-Enemalta se jkollha prestazzjoni operattiva u finanzjarja stabbli bejn l-2016 u l-2018.

Aqra aktar

F’pajjiżna reġa’ hawn il-fiduċja li kienet intilfet

L-Ekonomija b’saħħitha ta’ pajjiżna qed twassal għal ħajja aħjar għall-familji u n-negozji. Illum Malta hija suċċess għax hawn Gvern li qed jieħu d-deċiżjonijiet. Dan intqal f’konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista indirizzata mid-Deputat Laburista Silvio Schembri u Dr Aaron Farrugia.

Farruġia spjega kif f’temp ta’ ġimgħa ħarġu erba’ rapporti ekonomiċi dwar pajjiżna – rapporti pożittivi ħafna dwar l-andament ekonomiku ta’ Malta, iżda li fuq kollox jitkellmu dwar l-impatt ta’ dawn ir-riżultati fuq il-familji Maltin u Għawdxin. “Huwa tajjeb u sabiħ lin-numri jkunu pożittivi u sbieħ, iżda l-aktar importanti huwa li dan iħossuh in-nies,” spjega Dr Farrugia.

Aqra aktar

Simon Busuttil ikompli jħammeġ mingħajr prova waħda

L-aktar politiku giddieb ta’ pajjiżna Simon Busuttil ma ddejjaq xejn ikompli għaddej b’kampanja ta’ ħmieġ u tixwix dwar Egrant minkejja li l-fatti huma magħrufa, iżda meta sfidat fil-programm Dissett biex iġib prova, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li mhux xogħolu li jagħmel dan.

Aqra aktar

Il-Kummisjoni Ewropea b’fiduċja fit-tmexxija ta’ pajjiżna

Fl-analiżi annwali fuq Malta, fil-Country Report, il-Kummissjoni Ewropea mhux biss faħħret l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna iżda saħqet li s-servizz tas-saħħa huwa iktar effettiv, li l-pensjonanti jinsabu aħjar, li l-familji għandhom dħul aħjar u li l-faqar u l-esklużjoni soċjali naqqsu. Il-Kummissjoni Ewropea tattribwixxi dan kollu għall-miżuri li introduċa l-Gvern fl-aħħar snin.

Aqra aktar

Frustrati għax iż-żjara tal-PANA ma marritx kif xtaqu minkejja l-isforzi kollha

Simon Busuttil u sħabu huma frustrati għax iż-żjara tal-PANA Committee ma marritx kif xtaqu huma, minkejja l-isforzi kollha tagħhom.

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-unika persuna li ser jispiċċa suġġett ta’ investigazzjoni tal-Europol huwa Beppe Fenech Adami. Minflok jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu Simon Busuttil qiegħed jinfexx f’battikekki pwerili dwar dati li ma jbiddlu xejn mill-eżitu tal-istorja.

Din hija t-tattika ta’ Simon Busuttil, li issa drajna,  li jigdeb kemm jiflaħ biex jipproteġi lin-nies tal-qalba bħal Jason Azzopardi, Toni Bezzina u Beppe Fenech Adami.

Aqra aktar

“Għal Simon Busuttil id-drittijiet ċivili huma biss materja ta’ konvenjenza u mhux konvinzjoni”

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-attentat iddisprat tal-Partit Nazzjonalista biex jipprova jiġbor ġieħu mal-komunità LGTBIQ wara li għal snin twal fil-Gvern dawwar wiċċu għal problemi li din il-kommunità kienet taffaċċja u ta l-ġenb għall-drittijiet li llum huma taken for granted, wara li l-Gvern implimenta liġi wara oħra tant li konna deskritti bħala pajjiż li huwabeacon of hope,  il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliema tiegħu qed jipprova joħloq issue u jippolitiċizza l-kwistjoni taż-żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess meta m’hemm l-ebda kwistjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend