Notifiki

Il-PL jgħid li l-Oppożizzjoni qalet fatti żbaljati dwar l-immaniġjar tal-iskart

Il-Partit Laburista qal li l-Oppożizzjoni lanqas qed igġib fatti bażiċi tajbin fuq separazzjoni tal-iskart aħseb u ara kemm tista’ tmexxi dan il-qasam.

Il-PL qal dan fi stqarrija hekk kif spjega li ma huwiex minnu l-isforz tan-nies qed jiġi mittiefes u hija gidba kbira li skart separat qed jiġi mħallat.

“Ninsabu sorpriżi bir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista għax saħansitra ftit xhur ilu delegazzjoni tal-PN stess żaret il-kumpless tal-Wasteserv biex tara x-xogħol siewi li qed isir,” qal il-Partit Laburista.

Aqra aktar

“Ħdimna biex pajjiżna nġibuh fejn jixraqlu” – il-PM

Fid-diskors tiegħu l-Ħadd filgħodu f’Tas-Sliema, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar l-eżami li pajjiżna għandu bil-Moneyval. Hawn fakkar kif lura fl-2012 taħt amministrazzjoni preċedenti, il-Moneyval kienet diġà wriet x’tibdil irid isir f’pajjiżna. Aqra aktar

Il-Prim Ministru Robert Abela b’appell qawwi għall-għaqda nazzjonali

L-għaqda hija kruċjali u ma nistgħux inħallu l-aħmar u l-blu jifirduna. Hekk stqarr il-Prim Ministru Robert Abela f’attività politika f’Tas-Sliema l-Ħadd filgħodu, fejn qal ukoll li żmien il-pandemija kompla joħroġ l-importanza ta’ dan il-valur. Aqra aktar

Il-PM juri solidarjetà mal-Professur Gauci wara l-attakk sfrenat fuqha mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil

Il-Prim Ministru Robert Abela wera s-solidarjetà tiegħu lejn is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci wara li sfat vittma għal attakk sfrenat mill-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil.Aqra aktar

Send this to a friend