Partit Laburista – Page 49 – One News

Notifiki

WARA R-RAPPORT TA’ INKJESTA: IL-PL IDUR FUQ BUSUTTIL

Fi stqarrija fl-aħħar minuti, il-Partit Laburista nnota kif il-Bord ta’ Inkjesta magħmul minn l-eks-Imħallef JD Camilleri bħala chairman, l-eks-Imħallef u ċ-Ċermen tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni Lawrence Quintano u l-eks-Imħallef Philip Sciberras ikkonkluda “twaqqfet ħesrem” investigazzjoni kriminali fuq ħasil ta’ flus fuq kumpanija li tagħha Beppe Fenech Adami kien direttur.

Dan seħħ fi żmien meta Fenech Adami kien Assistent Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u de facto ministru tal-Pulizija. “Jekk irid jitwemmen kelma oħra milli jgħid dwar responsabbilta’ politika, il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jifhem il-gravita’ ta’ dan ir-rapport u jgħid x’passi se jiehu fil-konfront tad-Deputat Kap tiegħu,” qal il-Partit Laburista.

Il-Partit Laburista żied ifakkar li l-Bord ta’ Inkjesta jgħid li din l-investigazzjoni ta’ ħasil ta’ flus li nbdiet mill-Pulizija lejn l-aħħar tat-terminu ta’ Gvern Nazzjonalista “twaqqfet ħesrem u ma tkomplietx”. Din il-kumpanija, Capital One kienet mmexxija minn kumpanija oħra, Baltimore Fiduciary Services, li kellha bħala direttur lid-Deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Aqra aktar

Dak li qaluli biex ngħid…

Se nwassal biss il-messaġġ li qaluli biex ngħaddi. Tgħiduli qed iservi ta’ messaġġier. Iva nemmen li hekk hemm bżonn f’din iċ-ċirkustanza. Min hu m’għandux il-kuraġġ jitkellem apertament u qalli biex ngħaddi l-messaġġ jiena bil-premura li ma nsemmiex ismijiet. U hekk se nagħmel.

Ngħid mingħajr tlaqliq li din il-persuna, kienet u għadha ma taqbilx miegħi politikament u ma’ ħafna mill-qarreja ta’ dan is-sit. Pero qed naqblu fuq ħaġa waħda. Is-serenità li hawn f’pajjiżna. Qed naqblu fuq is-siegħa tajba li għaddejjin minnha n-negozji. U propju għalhekk, li din il-persuna li kienet u se tibqa’ Nazzjonalista, imma li qed tara l-partit tagħha totalment mibdul, se tivvota lil Joseph Muscat fl-elezzjoni li ġejja.

Jien nemmnu.

Aqra aktar

Ieħor fil-lista ta’ nies li se jkeċċi Busuttil

Is-sens ta’ arroganza, vendikazzjoni u superjorita’ ta’ Simon Busuttil qed tilħaq livelli rekord. Wasal biex jgħajjar lil wieħed mill-iktar persuni rispettati fil-ġudikatura Maltija, Philip Sciberras, li nħatar Imħallef minn Eddie Fenech Adami. Imbagħad għajjar lil Karm Vassallo li nħatar Brigadier ukoll minn Eddie Fenech Adami.

Aqra aktar

Strieħ fis-sliem, Nenu

Fl-età ta’ sitta u disgħin sena, is-Sibt wara nofsinhar għall-ħabta tas-sagħtejn, ħalla din id-dinja Nenu Buhagiar. Suldat tal-azzar fl-istorja tal-Partit Laburista, raġel li mar il-ħabs għall-ideali tiegħu, li ħadem mhux ftit biex l-istorja tal-istess Partit żvolġiet kif nafuha llum.

Aqra aktar

“Nibqgħu noffru l-id tal-ħbiberija minkejja t-tattika ta’ Busuttil” – JM

Minkejja li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jipprova jipprovoka, qed jipprova jħarrax lin-nies u li jrid li nerġgħu lura għall-politika tal-kuluri, tal-Partit Nazzjonalista kontra tal-Partit Laburista, għax hekk biss jista’ joffri, aħna se nibqgħu noffru l-id tal-ħbiberija.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat fuq One Radio.

Aqra aktar

Ir-reputazzjoni ta’ Malta prijorità

Huwa xogħol Prim Ministru li jħares lil hinn mill-element partiġġjan, għaliex il-pajjiż jiġi l-ewwel. Ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna għandha tingħata l-ikbar prijorita, sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt intervista li se tixxandar fuq One Radio llum.

L-istabbilita tal-Enemalta kienet prova ta’ liem mexxejja jifmhu dan il-kunċett. Prova li falla minnha bil-kbir il-kap tal-Oppożizzjoni, tant li nġibditlu l-attenzjoni mill-barranin.

Aqra aktar

“L-azzjoni li ħa l-Prim Ministru fissret bidla pożittiva għall-Enemalta u l-ħaddiema tagħha”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jistax iniżilha li l-fallimenti tiegħu tul 25 sena qed jiddawwru f’suċċess tul leġislatura waħda bi Gvern immexxi minn Joseph Muscat, qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija.

Il-PL qal li Simon Busuttil ma kienx kapaċi jsaħħaħ lill-Enemalta u ħalliha f’dejn ta’ 800 miljun ewro b’theddida fuq l-impjieg tal-ħaddiema kollha. Simon Busuttil ma kienx kapaċi jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Simon Busuttil ma kienx kapaċi jaqleb il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-heavy fuel oil għall-gass.

Aqra aktar

Gvern li miexi fid-direzzjoni t-tajba

Fi stqarrija d-Deputati Laburisti Etienne Grech u Tony Agius Decelis qalu li f’ġimgħa fejn ħarġu ħames rapporti dwar pajjiżna u l-kumpanija Enemalta, wieħed jista’ jislet faċilment il-kelma; fiduċja.

Fiduċja li dan il-Gvern miexi fid-direzzjoni t-tajba. Din il-fiduċja ġejja mhux biss mill-Aġenziji rispettati internazzjonali li qed ibassru aktar tkabbir ekonomiku, aktar xogħol, aktar investiment u aktar ħidma favur realtajiet soċjali, iżda fiduċja mill-poplu Malti u Għawdxi u n-negozji, li huwa permezz tagħhom li llum għandna tkabbir ekonomiku bla preċedent, permezz taż-żieda fil-konsum privat inċentivat mill-mizuri li daħħal dan il-Gvern.

Aqra aktar

Send this to a friend