Partit Laburista – Page 48 – One News

Notifiki

Ras imb’ras?

In-numri kulħadd jinterpretahom kif irid u dak li sa ftit snin ilu kien ikun deskritt bħala rebħa elettorali kbira issa hawn min irid jgħid li hu ras imb’ras. ‘Photofinish’ kien hawn min qalilna darba.

Sena qabel l-elezzjoni ġenerali l-Maltatoday ippubblikat stħarriġ minn tagħha u ħafna kkummentaw kemm baqa’ b’saħħtu l-Partit Laburista u iktar minn hekk il-mexxej tiegħu. Oħrajn kellhom interpretazzjoni kemxejn differenti, anke jekk biex waslu għaliha kienu xi ftit kreattivi.Aqra aktar

Simon Busuttil huwa falz u meta jinqabad dahru mal-ħajt, jigdeb

Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista 

Intervista li ta l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil lill-ġurnal The Sunday Times tkompli tikkonferma li għal Simon Busuttil il-kelma verità lanqas biss jaf fejn qegħdha fid-dizzjunarju.

F’intervista dwar il-finanzjamament tal-Partit tiegħu, Simon Busuttil għażel li jwarrab min-nofs il-verità u jkompli jigdeb bl-iktar mod sfaċċat biex jgħatti l-illegalitajiet li jsiru fil-Partit immexxi minnu.

Simon Busuttil gideb b’mod sfaċċat meta qal li d-donazzjonijiet illegali li qabżu l-mijiet ta’ eluf li rċieva l-Partit Nazzjonalista mingħand il-Grupp DB  kienu minħabba “relazzjoni kummerċjali” mal-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Il-Partit Laburista jisfida lill-PN jippubblika l-invoices

  • Jistaqsi wkoll jekk hemmx relazzjonijiet kummerċjali oħra tal-istess tip

Fid-dawl tal-kriżi li ħakmet lill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem, f’konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista, il-Ministru Edward Zammit Lewis u s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri talbu biex il-Partit Nazzjonalista jippublika l-invoices tiegħu u jgħid jekk hemmx negozji oħrajn li għandom din it-tip ta’ relazzjoni mal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

FILMAT: Tifkiriet u bidliet

Kien bħal lum erba’ snin li l-poplu Malti kien imsejjaħ jivvota f’elezzjoni ġenerali. Elezzjoni ġenerali li kienet fissret għażla bejn pajjiż ta’ kulħadd u pajjiż tal-ftit.

Il-poplu kien għażel b’saħħa Malta Tagħna Lkoll fejn l-opportunitajiet ikunu għal ħafna u mhux għall-ftit, fejn il-pajjiż joħloq il-ġid u jitqassam b’ekwita fejn f’pajjiżna ma tibqax tirrenja l-politika tal-firda bejn l-aħmar u l-blu.

Fis-servizz li jmiss inġeddu ftit ħafna minn dawn il-memorji. Iżda, iktar minn hekk inħarsu wkoll lejn uħud mill-kisbiet tal-ewwel erba’ snin ta’ gvern imexxi minn Joseph Muscat. Uħud mill-ewlenin fost ħafna li kienu implimentati. Ħafna minnhom li saru għall-ewwel darba f’pajjiżna u li poġġewna fost tal-ewwel fl-Ewropa.

Aqra aktar

Hemm pagi oħra mħallsa min-negozjanti? – Partit Laburista

  • Simon Busuttil huwa falz

Fl-attentat iddisprat tiegħu li jipprova jiġġustifika l-falzita tiegħu, Simon Busuttil prova jagħti l-impressjoni li hija normalità li imprenditur iħallas il-pagi tal-ħaddiema ta’ Partit politiku. “Le, mhijiex ħaġa normali” saħaq il-Ministru Chris Fearne f’ konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista.

Issa nifmhu għaliex Busuttil qal li ried lill-pajjiż jerġa’ lura għan-‘normalita’  għax in-normalità għalih tfisser propju dan qal Fearne – Simon Busuttil irid jerġa’ jieħu l-pajjiż lura għaż-żminijiet fejn il-PN kien immexxi lejn dawn it-tip ta’ interessi.

Aqra aktar

24 siegħa silenzju, tweġiba falza

Wara 24 siegħa li saret akkuża mill-aktar serja li kumpanija kienet qed tħallas il-pagi tas-Segretarju Ġenerali u CEO tal-Partit Nazzjonalista, l-istess partit ħareġ b’attentat ta’ spjegazzjoni falza ħafna.  24 siegħa ta’ silenzju li jgħidu aktar minn din it-tweġiba falza.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija. Il-Partit żied jgħid:

Aqra aktar

IL-PM JURI DIFFERENZA ĊARA MINN MA’ BUSUTTIL

“Il-fatt hu li kull xahar li jgħaddi qed jirnexxilna nnaqsu n-nies qiegħda u nżidu x-xogħol f’dan il-pajjiż” qal Joseph Muscat waqt attività politika fl-Isla. Spejga li l-progress jiġi għax jittieħdu deċiżjonijiet li jsarrfu f’riżultati.

Semma s-settur turistiku, u l-fatt li f’Jannar, wieħed mill-aktar xhur diffiċli, qed jintlaħqu records ġodda.

Jekk ikun Simon Busuttil fit-tmexxija, iwaqqaf ix-xogħol u l-ekonomija. Busuttil ma jħallix il-ġid ikompli jikber u jitqassam lil min ikollu bżonn.

Iddeskriva l-atitudni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u fakkar fil-posters ta’ qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Kienu messaġġi diviżorji ħafna, ħaġa li l-Prim Ministru staqsa x’kienet l-idea warajha. Il-Prim Ministru qal li din hija t-tattika ta’ Simon Busuttil, u li kien hu li daħħal l-istrateġija ta’ diviżjoni, anke fi żmien Gonzi.

Il-poplu, fil-kwiet ta’ daru, jiżen l-attitudni ta’ ‘min ma jaqbilx magħna inkeċċuh’ u jqabbilha mal-mentalità inklussiva ta’ dan il-Gvern.

‘Taf lil min ma jkeċċix il-kap tal-Oppożizzjoni?” staqsa l-Prim Ministru.

Aqra aktar

Send this to a friend