Partit Laburista – Page 47 – One News

Notifiki

Inkomplu nibnu fuq is-suċċessi tal-Gvern

L-attivitá tal-Partit Laburista li immarkat ir-raba sena ta’ gvern laburista, kienet indirizzata mid-Deputat mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona u s-Segretarja tal-eżekuttiv tal-Partit Laburista Lydia Abela .

Ilkoll kellhom messaġġ ċar, li l-moviment tal-partit laburista qed jikber u aktar persuni fl-elezzjoni ġenerali se jagħtu l-fiduċja lill-partit laburista. Moviment li iwettaq ħidma u kiseb kisbiet kbar, li se jkompli jibni fuqhom fis-sitt snin li ġejjien .

Aqra aktar

Investiment ieħor fil-jiem li ġejjin

Il-Ministru għall-Investiment u l-Ekonomija, Chris Cardona, indika li fil-jiem li ġejjin f’pajjiżna se jitħabbar investiment internazzjonali ieħor.

F’diskors li għamel f’attività maħsuba biex tfakkar ir-raba’ sena mir-rebħa ta’ Gvern Laburista qal li filwaqt li lbieraħ beda x-xogħol fuq l-iskola medika ta’ Barts, f’Għawdex, indika li l-ġimgħa d-dieħla se jitħabbar investiment internazzjonali ieħor.

Hemm bżonn li l-Forum Żgħażagħ Laburisti jkun pass aktar ‘l quddiem mill-Partit Laburista

Huwa meħtieġ li l-Forum Żgħażagħ Laburisti tkun aktar avante garde, li tkun pass aktar ‘l quddiem mill-Partit Laburista u ma tiddejjaqx tiddiskuti materji li jkunu jaħarqu anke jekk il-Partit Laburista stess ma jkunx qed jaqbel magħhom.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza l-laqgħa ġenerali annwali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun.

Aqra aktar

Simon Busuttil ma jistax jibqa’ sieket; għandu jippubblika l-invoices minnufih

Quddiem l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali li se tinvestiga l-Iskema Pagi tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ma jistax jiqba’ sieket.

Dan kien il-qofol ta’ konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Partit Laburista mill-Ministru Owen Bonnici u Dr Stefan Zrinzo Azzopardi.

Il-Ministru Bonnici qal li f’dan il-każ hemm ksur serju tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Spjega li hija ċara fil-liġi li min jagħti flus lill-Media.link ikun tagħhom lill-Partit Nazzjonalista. Il-Ministru żied jgħid li llum il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jagħti x’jifhem li l-Kummissjoni Elettorali qed tinvestiga lill-Partit Nazzjonalista. Dan iddeskrivih bħala aġir fjakk u miskin, u sar bħala reazzjoni biex jagħtti lil tad-DB. “Huwa attakk iddisprat minn tal-PN” stqarr Bonnici, u sostna li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jiffoka fuq il-każ tad-DB, li jibda u jispiċċa ma’ Simon Busuttil.

“L-investigazzjoni hija kollha kemm hi fuq il-Partit Nazzjonalista”

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil ma baqagħlhomx żejt f’wiċċhom. L-investigazzjoni hija dwar il-ksur tal-liġi permezz ta’ donazzjonijiet illegali, b’invoices foloz u li ma għandu xejn x’juri għalihom.

Il-PL qal li l-attakk ta’ disprament li qabdu l-Partit Nazzjonalista beda jivvinta l-każijiet fuq il-Partit Laburista li qed jimxi pass pass mal-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni Elettorali stess.

Aqra aktar

Disat ijiem wara, Busuttil għadu ma ppublikax l-invoices

  • Għaddew disat’ijiem u Simon Busuttil għadu ma ppubblikax l-invoices li huma foloz
  • Il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa żgur li m’għandux ħaddiema oħrajn li huma mħallsa min-negozjanti?

Dawn kienu punt u domanda li għamlu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li dan huwa każ ċar li fih il-Partit Nazzjonalista nqabad. Każ ċar fejn Simon Busuttil inqabad. Huwa każ li juri kemm Busuttil hu falz. Hawn, innotat Caruana, qed nitkellmu fuq sistema li ħoloq huwa stess, sistema ta’ invoices foloz in return għall-ħlas ta’ żewġ pagi li talab hu, żewġ pagi tal-ogħla uffiċjali tiegħu.

Nhar Il-Ġimgħa x-Shadow Minister tal-PN Marthese Portelli f’Xarabank qalet li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jippubblika l-invoices, mentri Clyde Puli qal li l-PN mhux se jkun qed jippubblikahom. Caruana qalet li dawn il-kuntrasti, dan in-nuqqas ta’ qbil, l-id il-leminija li ma tafx x’inhi tagħmel ix-xellugija huwa sintomtiċi u tort ta’ Kap tal-Oppożizzjoni li ħoloq din l-istraġi.

Aqra aktar

F’mument mill-aqwa

  • ERBA’ SNIN WARA L-BIDLA FIL-GVERN
  • JISPIKKAW IL-FIDUĊJA, L-OTTIMIŻMU U S-SUĊĊESSI TAL-EWWEL DARBA

Erba’ snin wara li Joseph Muscat ħa t-tmun tat-tmexxija ta’ pajjiżna, hawn qbil ġenerali li l-pajjiż miexi ’l quddiem. Dan mhux qed jgħiduh biss l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika bħal dak tal-Eurobarometer, li jpoġġi liċ-ċittadini Maltin fost l-iktar ottimisti għall-ġejjieni tagħhom, iżda jgħiduh persuni minn oqsma differenti tal-ħajja, li l-polz tan-nies iħossuh fl-osservazzjonijiet li jagħmlu, jew iktar importanti minn hekk, b’ħidmiethom.

Il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ numru ta’ persuni li l-iżvilupp ta’ pajjiżna jsegwuh mill-qrib. Fil-qosor, qalulna x’jaħsbu dwar l-ewwel erba’ snin tal-Gvern ta’ Muscat. Kollox ward u żahar? Le. Iżda, li sar titjib enormi biex Malta qiegħda f’pożizzjoni tajba li qatt ma kienet qabel, jaqblu lkoll.

Aqra aktar

755 persuna iżommu f’buthom pensjoni li kienet itteħditilhom

  • Igawdu minn bidla tal-baġit 2015

Miżura li daħlet fil-baġit għas-sena 2015 u li għall-ewwel darba bdiet tħalli pensjoni sħiħa ta’ diżabbiltà lil persuni b’diżabbiltà li joħorġu jaħdmu, qed igawdu minnha 755 persuna li għalkemm qed jaqilgħu paga li hija iktar minn dik minima xorta waħda jibqgħu jieħdu l-benefiċċju li kellhom qabel.

Meta preżenta l-baġit ta’ sentejn ilu l-Ministru tal-Finanzi kien qal: “Se nwettqu l-wegħda elettorali li jekk persuna b’diżabbiltà ssib xogħol, xorta tibqa’ tieħu pensjoni sħiħa. Sal-lum, biex dan ikun il-każ, persuna b’diżabbiltà tista’ tasal biss sa paga minima. Aħna se nneħħu din ir-restrizzjoni għaliex id-diżabbiltà ma tisparixxix mal-paga.”

Aqra aktar

Send this to a friend