Partit Laburista – Page 46 – One News

Notifiki

“Ir-riżultati tan-naħa l-oħra tal-munita; tas-surplus u tal-ħolqien tax-xogħol” – JM

“Dawn huma r-riżultati tan-naħa l-oħra tal-munita, tas-surplus, tal-ħolqien tax-xogħol..this is prosperity with a purpose.”

Hekk iddeskriva r-riżultat tal-istatistika tal-Eurostat dwar it-tnaqqis fil-faqar f’ pajjiżna il-Prim Ministru Joseph Muscat f’ konferenza tal-aħbarijiet.

Muscat saħaq li kieku l-Partit Laburista kabbar l-ekonomija mingħajr ma ra li l-middle class tissaħħaħ u l-persuni li qegħdin fil-bżonn jogħlew, kien ikun fil-gvern għal xejn  għaliex il-ġustizzja soċjali hija l-fus ta’ kollox.

Aqra aktar

Il-Partit Laburista uffiċjalment reġistrat mal-Kummissjoni Elettorali

Il-Kummissjoni Elettorali kkonfermat ir-reġistrazzjoni tal-Partit Laburista bħala partit politiku. Dan wara li fil-bidu ta’ din il-ġimgħa l-Partit Laburista ressaq l-emenda fl-istatut li kienet meħtieġa biex isir dan. Ħabbar dan il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Gino Cauchi, fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. Cauchi spjega li kien ippreżentat ukoll ir-rendikont tad-donazzjonijiet u l-kontijiet awditjati lill-Kummissjoni Elettorali.

Aqra aktar

LIVE: XANDIRA SPEĊJALI FUQ ONE

ONE HD u ONE RADIO qed ixandar xandira speċjali b’rabta mal-aħħar żviluppi fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat ċaħad bl-aktar mod kategoriku dak li ġie allegat fl-aħħar sigħat minn Daphne Caruana Galizia u l-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Prim Ministru jirreaġixxi għal din l-allegazzjoni: 

Risposta f’waqtha mill-PL għal Simon Busuttil

“Filwaqt li nirringrazzjawk tal-istedina li għamiltu lill-Partit Laburista, anke f’sens sħiħ ta’ rispett li għandna kemm lejn it-tema diskussa, u anke lejn l-individwi fil-Kummissjoni, anke fid-dawl li l-Partit Laburista fil-Gvern daħħal kif imwiegħed, wara 25 sena, liġi li tirregola l-finanzjament tal-Partiti, nixtiequ ninfurmawkom li mhux qed nilqgħu l-istedina tal-Kummissjoni maħtura minn Dr Simon Busuttil.  Dan għaliex Dr Busuttil kien u għadu jikser il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti.”

Aqra aktar

“Bżonn ta’ investiment biljunarju fl-infrastruttura”

 “Il-pass li jmiss huwa investiment qawwi fl-insfrastruttura,” qal hekk il-President tal-Assoċċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u Ristoranti, MHRA, Tony Zahra dan hekk kif komplew is-sensiela ta’ laqgħat tal-Partit Laburista mal-imsieħba soċjali f’pajjiżna.
Dalgħodu id-deputat mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona iltaqa’ ma’ uffiċjali tal-MHRA.
Cardona spjega kif f’dan il-proċess, il-Partit Laburista qiegħed jisma’ l-proposti tad-diversi msieħba soċjali, biex fuq il-proposti tagħhom ikun jista’ jibni manifest elettorali b’saħħtu għall-elezzjoni li jmiss.

Aqra aktar

CARDONA: UMLI IŻDA B’SAĦĦITNA

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona, qal li l- umiltà hija parti mill-kobor tal-moviment li nbena madwar il-Partit Laburista. Għalkemm għamilha ċara li din ma tfissirx dgħjufija.

F’diskors fejn tkellem dwar il-kisbiet tal-moviment u kif fl-aħħar erba’ snin kienu mmarkat bil-kelma suċċess, Cardona tkellem dwar is-suċċess ekonomiku. “Wettaqna dak li ħafna qed jiddeskrivu bħala l-miraklu ekonomiku Malti. Mhux biss kellna l-ewwel upgrade mill-aġenziji ta’ kreditu f’20 sena, imma b’mod konsistenti rreġistrajna tkabbir ekonomiku li jiżboq kull aspettativa’,” qal Cardona li huwa wkoll Ministru tal-Ekonomija, għalkemm żied li s-suċċess ta’ dan il-pajjiż m’huwiex limitat għal ekonomija u l-finanzi.

Aqra aktar

Send this to a friend