Partit Laburista – Page 44 – One News

Notifiki

“Ma tista’ qatt twiegħed l-affarijiet mingħajr ma’ taf kemm jiswew” – JM

“Ma tista’ qatt twiegħed l-affarijiet mingħajr ma’ taf kemm jiswew. Din hija riċetta tipika tal-Partit Nazzjonalista.”

Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat f’intervista fuq ONE RADIO b’referenza għad-diskors ta’ Simon Busuttil li qal li l-“costings m’humiex l-ewwel prijorità.”

Il-Prim Ministru qal li eżempju ċar ta’ l-importanza li Kap ta’ Partit jpoġġi quddiem l-elettorat il-wegħdi tiegħu ladarba jkunu costed hija l-proposta ta’ Simon Busuttil taċ-childcare.

Aqra aktar

Kungress tal-Partit Laburista miċ-Ċittadella sa Sant’ Anġlu

Miċ-Ċittadella f’Għawdex għall-forti sant Anġlu fil-Birgu. Iż-żewġ postijiet li nhar is-sibt 13 ta’ Mejju se jilqgħu l-kungress tal-partit laburista.

Dakinhar membri tal-Partit Laburista u l-pubbliku għandhom iċ-ċans iressqu l-ħsibijiet tagħhom biex jiġu inklużi mal-linji gwida tal-Politika tal-Partit Laburista għall-Manifest Elettorali.

Il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef stqarr li l-kungress huwa turija ċara ta’ kemm il-Partit Laburista għandu l-bibien miftuħa u jisma’ dak li jrid il-poplu.

Aqra aktar

Joseph Muscat iġib fix-xejn il-prinċipji ta’ Busuttil

“Kien hemm min qal li din mhux elezzjoni dwar il-proposti, kull elezzjoni hija dwar prinċipji u l-proposti tal-Partit Laburista huma msejsa fuq il-prinċipji.” 

Dan qalu l-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Joseph Muscat fid-diskors tiegħu taħt it-tinda wara li ngħata merħba mill-isbaħ mill-folla fl-Imsida.

B’referenza għall-għajta ta’ Simon Busuttil li l-elettorat m’għandux jivvota għall-proposti iżda għal prinċipji, l-Prim Ministru qal li jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni jemmen li l-prinċipji u l-proposti huma separati, juri kemm il-Partit Nazzjonalista m’għandux ħsieb wara l-proposti tiegħu.

Aqra aktar

Prijoritajiet spjegati taħt it-tinda f’Ħal Kirkop

Waqt attività politika f’Ħal Kirkop, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-proposti ewlenin preżentati dalgħodu. Fuq il-qasam edukattiv, qal li amminsitrazzjoni Laburista fil-Gvern hija kommessa li tara li kulħadd ikollu aċċess mhux biss għall-edukazzjoni, imma li kulħadd ikun jista’ joqgħod għall-eżamijiet. Tkellem dar l-importanza li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u professjonisti fil-qasam tal-edukazzjoni, speċjalment dawk “supply”, li jibdew proċess biex isiru tal-post, mal-Gvern.

Dwar in-negozji, tkellem dwar il-bżonn li l-banek jiftħu l-bibien għan-negozji u li negozji żgħar u self employed ikunu mgħejuna permezz ta’ inċentivi fil-VAT.

Aqra aktar

Simon Busuttil ma jikkundannax lill-kandidat tiegħu fuq kummenti kontra n-nisa u libertajiet ċivili

“Illum Simon Busuttil ma kkundannax lill-kandidat tiegħu Josie Muscat  fuq kummenti kontra nisa u persuni omosseswali.” – Partit Laburista

Il-Partit Laburista rreaġixxa għal mod ta’ kif il-kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, ma kkundannax lill-kandidat tiegħu, Josie Muscat, fuq kummenti kontra n-nisa u persuni omosseswali, tant li ddefenza l-għażla tal-kandidat.

Aqra aktar

TRASPORT: Trasport b’xejn lill-istudenti kollha

Wara l-ħidma li għamel Gvern Laburista, biex illum il-poplu qed igawdi minn sistemi ta’ trasport aqwa u ta’ kwalità. Fil-ħames snin li ġejjin, jwiegħed li se jkompli jagħti attenzjoni lil dan is-settur.

  • Trasport b’xejn lill-istudenti kollha b’superviżjoni
  • Mass Rapid Transport System Trasport
  • pubbliku b’xejn għall-istudenti, tfal, pensjonanti u persuni b’diżabilita’

Aqra aktar

€657,000 għall-Partit Laburista

F’jum ta’ ġbir ta’ fondi b’riżq il-kampanja elettorali l-Partit Laburista ġabar is-somma ta’ €657,000. Kien id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona li tard il-Ħadd filgħaxija ħabbar din iċ-ċifra li se tiswa mitqlu deheb biex il-Partit Laburista jkun jista’ jkompli jwassal il-messaġġ tiegħu lill-poplu Malti u Għawdxi. B’hekk is-seba’ jum tal-kampanja elettorali kien wieħed pożittiv ħafna fejn mhux biss massa kbira ta’ nies wieġbet għas-sejħa tal-partit għall-mass meeting f’Ħaż-Żabbar, iżda eluf kbar oħra ħassew li għandhom joffru kontribut finanzjarju għax jemmnu li l-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna għadu ġej.

Aqra aktar

Muscat f’intervista wara l-mass meeting

Waqt intervista fuq ONE waqt maratona ġbir ta’ fondi, il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega kif illum waqt il-mass meeting f’Ħaż-Żabbar hu ħassu mdawwar b’imħabba kbira. Muscat qal kif wara kummenti li qal l-Kap tal-Partit Nazzjonalista kmieni dalgħodu, in-nies fil-Kottonera kienu mweġġgħin. Spjega kif hu ġej minn naħa ta’ fuq ta’ Malta, u qal kif kullimkien issib il-problemi iżda fl-istess waqt kullimkien hawn it-tajjeb fil-pajjiż.

Joseph Muscat spjega kemm hi importanti li l-poplu jkun jaf dwar dak, li bħala partit, trid twettaq meta tkun fil-Gvern, u mhux kif qal ħaddieħor dwar kif din l-elezzjoni mhix dwar il-proposti.
Il-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat, qalet kif hi tixtieq turi l-apprezzament tagħha għas-solidarjetà mingħand il-poplu fejn qalet li hi xi ħaġa sabiħa li tara li n-nies qed jgħarfu x’inhi l-verità. Spjegat kif hi flimkien mar-raġel tagħha ltaqgħu ma’ bosta persuni li għandhom stil ta’ ħajja differenti, u li l-isfidi tagħhom huma reali. Sostniet li huma dejjem mxew b’onestà u li ħadd m’hu se jkun qed ineħħilhom l-integrità.

Aqra aktar

Send this to a friend