Partit Laburista – Page 41 – One News

Notifiki

Busuttil ma jafx x’sar fil-Parlament; dwar l-annimali reġa’ wiegħed dak li sar

F’dawn l-aħħar erbà snin sar ħafna xogħol f’dawk li huma drittijiet tal-annimali minn Gvern Laburista, xogħol li minkejja li qatt ma sar taħt amministrazzjoni preċedenti, Simon Busuttil kellu biss kritika għalih. Iżda, llum dwar dan is-settur m’hu qed jipproponi ebda proposta konkreta; minflok wiegħed proposti li 99% tagħhom diġà twettqu jew qed isiru fil-preżent.

Dan kien kliem is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, li f’konferenza tal-aħbarijiet ta elenku tal-proposti li ħabbar il-Partit Nazzjonalista dwar l-annimali. Elenku li juri kif dak li qed jipproponi Simon Busuttil jew diġà twettaq jew qal li ma jistax isir fil-Parlament minkejja li Gvern Laburista wettqu.

Aqra aktar

“Rabbejt iktar kuraġġ” – Felix Busuttil wara l-gideb fuqu

Wara li għamel id-diskors tiegħu waqt il-Mass Meeting ta’ nhar il-Ħadd li għadda tal-Partit Laburista, iż-żeffien u għalliem taż-żfin, Felix Busuttil, ġie attakkat fuq il-midja soċjali. Dwar dan tkellem ma’ Xarabank fejn qal li wara l-kritika li qala’ hu rabba aktar kuraġġ dan għax hu dakinhar tkellem mill-qalb, b’onestà u għalekk m’għandu l-ebda dispjaċir li għamel dan.

Aqra aktar

WEGĦDA: PERSUNI B’DIŻABILITÀ JIBQGĦU PRIJORITÀ

Id-diżabiltà hija priorità li dwarha l-Partit Laburista indirizza konferenza tal-aħbarijiet.

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat indirizza konferenza tal-aħbarijiet fejn ta ħarsa lejn dak li twettaq u dak li fadal xi jsir.

Il-Mexxej Laburista spjega li dik li rnexxielu jagħmel Gvern Laburista fi żmien erba’ snin għal persuni b’diżabilità hija revoluzzjoni siekta. Hawnhekk, għamel referenza għall-1,000 persuna b’diżabilità li bil-ħidma ta’ dan il-Gvern ħarġu jaħdmu għall-ewwel darba. Joseph Muscat qal li dan wassal mhux biss għal bidla fil-ħajja tagħhom iżda anke għall-familjari tagħhom. 

Aqra aktar

12-il KPI ġdid għas-Servizz Pubbliku

Illum tnedew 12-il Key Performance Indicator (KPI) għas-Servizz Pubbliku. Dan huwa kunċett ġdid għas-Servizz Pubbliku, maħsub biex ikun hemm miri ċari li jridu jintlaħqu fi żmien stabbilit. Fil-fatt il-KPIs imnedija llum iridu jitwettqu fi żmien 100 jum.

Dawn il-KPIs, li jsegwu l-proġett pilota fis-settur tan-negozji fejn tnaqqas drastikament iż-żmien biex wieħed jiftaħ negozju f’pajjiżna, ikopru firxa wiesgħa ta’ oqsma li lkoll jolqtu liċ-ċittadin b’mod dirett.

Fil-qasam tal-enerġija, il-KPI se jara li meta persuna tapplika għal servizz ġdid tal-elettriku, l-ipproċessar tal-applikazzjoni u l-għoti tas-servizz isiru fi żmien 23 jum, jiġifieri ż-żmien jonqos b’aktar min-nofs. KPI ieħor se jara li f’każ ta’ qtugħ tas-servizz tal-ilma, dan jingħata lura fi żmien stabbilit.

Aqra aktar

“Il-Gvern Laburista għandu jingħata mandat ieħor biex imexxi l-pajjiż”

L-ex Prim Ministru u Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal illum li l-Gvern Laburista għandu jingħata mandat ieħor biex imexxi l-pajjiż. Dr Sant qal li kemm ilu jsegwi l-politika f’Malta rari kellna r-rankatura ekonomika ta’ issa. L-MPE Malti qal li dejjem qies li biex Malta jirnexxielha tagħmel bidliet mill-qiegħ fit-tmexxija ekonomika u soċjali tagħha, jeħtiġilha tlaħħaq tkabbir reali sostnut ta’ bejn 3 u 5 fil-mija fis-sena. Fl-aħħar snin, hekk ġara. Fis-snin li ġejjin, dar-ritmu jrid jitkompla, sostna Dr Sant.

“Naturali li f’kampanja elettorali, il-mistoqsija kbira f’moħħ kulħadd tkun dwar min se jerbaħ. Fil-kampanja tal-lum, il-konvinzjoni tiegħi hi li l-gvern Laburista għandu jingħata mandat ieħor biex imexxi. Biss mistoqsija importanti hi: x’se jiġri wara tmiem il-kampanja elettorali meta jiġi fformat gvern ġdid? Se jkun baqa’ l-aħħar tliet ġimgħat tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea. Malajr jgħaddu. Wara tibqa’ l-isfida ta’ kif ir-rankatura ekonomika se tiġi sostnuta. Kemm ili insegwi l-iżviluppi ekonomiċi f’pajjiżna, u issa lanqas nitħajjar ngħodd is-snin li għaddew fuq hekk, rari kellna r-rankatura ta’ issa.” qal Sant.

Aqra aktar

Busuttil jappella bil-ħniena; tgħażlux bejni u Muscat

Simon Busuttil reġa’ appella lill-poplu Malti biex meta jmur jivvota ma jagħżilx bejnu u bejn Joseph Muscat, anke jekk Prim Ministru tal-pajjiż se jkun wieħed minn dawn it-tnejn.

Simon Busuttil dan irrepetih fil-jum li l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika ta’ tliet gazzetti qal li Joseph Muscat huwa fdat bil-ferm iktar minn Simon Busuttil. Fil-fatt, Busuttil kien qed jitkellem ftit tas-sigħat wara fis-Siġġiewi.

Aqra aktar

Send this to a friend