Partit Laburista – Page 39 – One News

Notifiki

Busuttil jappella bil-ħniena; tgħażlux bejni u Muscat

Simon Busuttil reġa’ appella lill-poplu Malti biex meta jmur jivvota ma jagħżilx bejnu u bejn Joseph Muscat, anke jekk Prim Ministru tal-pajjiż se jkun wieħed minn dawn it-tnejn.

Simon Busuttil dan irrepetih fil-jum li l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika ta’ tliet gazzetti qal li Joseph Muscat huwa fdat bil-ferm iktar minn Simon Busuttil. Fil-fatt, Busuttil kien qed jitkellem ftit tas-sigħat wara fis-Siġġiewi.

Aqra aktar

Simon Busuttil ċass quddiem l-iskandli ta’ Jason Azzopardi

“Il-ħadma ta’ Jason Azzopardi turi l-ipokrezija u n-nuqqas ta’ standards fil-Partit Nazzjonalista.”

Dan qalu d-Deputat Laburista Michael Falzon f’konferenza tal-aħbarijiet wara li l-gazzetta KullĦadd żvelat li Jason Azzopardi innegozja dar għalih personali.

Falzon iddeskriva dan il-każ bħala wieħed xokkanti li jinvolvi intervent politiku dirett biex Jason Azzopardi seta’ jiggwadanja personalment. Iżda quddiem dan kollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil baqa’ ċass u ma ħa ebda azzjoni fil-konfront ta’ Jason Azzopardi.

Aqra aktar

Jingħata bidu għall-Kungress tal-Partit Laburista f’Għawdex

Dalgħodu ngħata bidu għall-Kungress tal-Partit Laburista fil-gżira Għawdxija.

Kungress li qed jara s-sehem tal-pubbliku li bi ħġaru qed iressaq il-ħsibijiet tiegħu waqt workshop bit-tema tal-ambjent u l-prodott turistiku.

Temi li ngħaqdu flimkien fi sfond Għawdxi, eżattament fiċ-Ċittadella. Għal dan il-workshop hemm preżenti persuni minn kull qasam kemm negozjanti, ambjentalisti u residenti li qed iressqu l-proposti u l-ħsibijiet tagħhom.

WEGĦDA: Gvern Laburista jattira aktar negozju u investiment lejn pajjiżna

Il-Partit Laburista illum ħabbar numru ta’ wegħdi oħra li se jkunu qed jassiguraw li n-negozji li joperaw f’pajjiżna jkomplu jimxu ‘l quddiem b’ottimiżmu kif għamlu konsistentament f’dawn l-aħħar erbà snin.

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat sostna li dan il-Gvern kien bil-fatti pro-business u se jibqa’ jkun hemm ladarba jerġa’ jingħata l-fiduċja. Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista għandu road-map ċara għan-negozju f’pajjiżna.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Chris Cardona qal f’konferenza tal-aħbarijiet li f’dan is-settur, Gvern Laburista għandu l-kreddibilità għaliex il-viżjoni li poġġa quddiem il-poplu erbà snin ilu twettqet.

Il-Ministru Emmanuel Mallia qal li dawn il-proposti huma xhieda ta’ kemm il-Partit Laburista fil-Gvern baqa’ viċin tan-negozjanti u għalhekk qed iressaq proposti li se jkunu qed jiffaċċilitaw in-negozji f’pajjiżna.

“Jekk tkun favur in-negozju, tkun favur il-ħaddiem. L-ewwel noħolqu l-ġid u issa l-ġid se jkompli jitqassam ma’ kulħadd.”  – JM

Aqra aktar

Send this to a friend