Partit Laburista – Page 37 – One News

Notifiki

Nies sa fejn jagħtuk għajnejk fl-Imqabba

Baħar aħmar ta’ nies. Hekk tista’ ssejħilha l-folla meraviljuża u mill-isbaħ li bħalissa tinsab fl-Imqabba lesta biex tilqa’ lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat.

Dan hekk kif minn hawn u ftit tal-ħin ieħor se jkun qed jindirizza lil dawk li huma preżenti u kif ukoll lil dawk li qed isegwu permezz tal-Facebook Live fil-lokalità tal-Imqabba.

Aqra aktar

L-istħarriġ konsistenti favur Muscat u l-Partit Laburista

Ħadd ieħor tal-kampanja elettorali reġa’ fisser il-pubblikazzjoni ta’ numru ta’ stħarriġ tal-opinjoni pubblika. L-istħarriġ baqa juri appoġġ konsistenti favur il-Partit Laburista u iktar fiduċja f’Joseph Muscat.

L-istħarriġ ta’ The Malta Independent u t-Torċa jagħtu riżultati qrib ħafna ta’ xulxin. F’dak ta’ The Malta Independent il-Partit Laburista għandu vantaġġ ta’ għaxra fil-mija bil-Partit Laburista jgawdi l-appoġġ ta’ 40.1% tal-elettorat u l-Partit Nazzjonalista 30.2%.

Aqra aktar

“Dak li Għawdex esperjenza f’dawn l-erbà snin għadu biss il-bidu” – JM

Fid-diskors tiegħu fis-Sannat Għawdex, il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li dak li Għawdex esperjenza f’dawn l-erbà snin għadu biss il-bidu. Il-Mexxej Laburista tenna li l-proposti li ħabbar għall-Għawdxin huwa l-akbar pakkett ta’ inċentivi li se joħloq aktar xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin.

Proposti li għalihom iċ-ċittadini Għawdxin u dawk Maltin se jkunu qed jivvottaw bħal lum ħmistax. Għalhekk il-poplu qal Joseph Muscat se jkun qed jagħżel jekk niefqux nofs triq jew jekk inkomplux mexjin ‘il quddiem. Wara li lbieraħ il-manifest ġie approvat mill-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista l-Prim Ministru tenna li huwa manifest superjuri li se jkun qed joffri xi ħaġa żejda, mhux biss l-enerġija, r-rieda u ambizzjoni imma anke erbà snin ta’ esperjenza fil-Gvern.

Aqra aktar

“Tim ta’ kandidati eċċellenti għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna” – JM

“Qed nippreżentaw kandidati eċċellenti li ġejjin mill-oqsma kollha tal-ħajja u ġejjin minn kull sfera tas-soċjetà u għalhekk jistgħu jmexxu ‘l quddiem il-manifest ambizzjuz u konkret tal-Partit Laburista.”

Dan huwa kliem il-Prim Ministru u l-Mexxej laburista Joseph Muscat hekk kif preżenta l-kandidati tal-Partit Laburista li se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju. Il-Prim Ministru tenna li l-Partit Laburista bil-lista ta’ 70 kandidat qed jagħti għażla wiesa u tajba lill-elettorat.

Aqra aktar

“Jien ħadt kollox mingħajr ma tlabt xejn” – Janice Azzopardi

Minn tfajla ta’ sbatax-il sena, Janice Azzopardi kienet taħdem fis-settur tal-propjetà iżda minkejja li xtaqet toffri xi ħaġa aktar stqarret li qatt ma ħasset li setgħet tirnexxi fid-dinja tan-negozju għaliex fi snin preċedenti sakemm ma tkunx bint negozjant, ma kienx ikollok ċans li tirnexxi.
Illum Janice tħaddem disà impjegati magħha.

Aqra aktar

X’jiġri fil-Konferenza Ġenerali straordinarja tal-Partit Laburista

Fl-Eden Arena f’San Ġiljan bħalissa qed titlaqqa’ l-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista. F’din il-konferenza se jiġi diskuss il-manifest elettorali li l-Partit Laburista se jkun qed ipoġġi quddiem l-elettorat u se jkun qed jittieħed vot biex dan il-manifest jiġi approvat.

Kif tenna l-Prim Ministru fid-diskorsi tiegħu, fi kliemu dan il-manifest huwa superjuri għal dak li tpoġġa quddiem il-poplu fl-elezzjoni tal-2013. Manifest elettorali li huwa bbażat fuq erba’ prinċipji ewlenin: l-ugwaljanza, l-mobiltà soċjali, l-ġustizzja soċjali u l-għaqda.

Aqra aktar

Riġenerazzjoni kompluta għal Strada Stretta

Sal-aħħar tax-xahar se jibda jidher ir-riżultat ta’ investiment tas-settur privat fin-naħa ta’ isfel ta’ Strada Stretta biex din tkun riġenerata ukoll. Disa’ stabbilimenti ta’ divertiment, ilkoll bl-istil individwali tagħhom, se jagħtu l-ħajja lil din il-parti tat-triq li sa issa kienet għadha mitluqa.

Aqra aktar

FILMAT: L-isbaħ mumenti mit-tmintax-il jum tal-kampanja ta’ Joseph Muscat

Fit-tmintax-il jum tal-kampanja l-Prim Ministru u Mexxej Laburista ma ngħatax biss merħba mill-isbaħ f’Ħal Tarxien iżda anke miż-żgħażagħ fiż-Żejtun.

F’din il-ġurnata l-Prim Ministru ħabbar aktar proposti mhux biss għall-familji u l-anzjani iżda anke għall-isportivi.

Inawgura ukoll proġett li sar taħt it-tmexxija tiegħu, dak tal-pitch tal-waterpolo f’Birżebbuġa. F’dan il-filmat tista’ ssegwi l-isbaħ mumenti ta’ jum ieħor tal-kampanja elettorali.

Aqra aktar

Felix Busuttil joħroġ il-kuntratt li juri l-gideb fuqu

Wara li l-Partit Nazzjonalista jew kif qed isejjaħ lilu nnifsu, l-Forza Nazzjonali, fetaħ attakk fuq l-artist Felix Busuttil, dalgħodu fuq One News Breakfast Felix preżenta l-kuntratt tax-xogħol tiegħu li juri li l-Partit Nazzjonalista gideb fuqu.

L-attakk beda wara li ż-żeffien u għalliem taż-żfin, Felix Busuttil tkellem waqt il-Mass Meeting tal-Partit Laburista fin-Naxxar. Il-Partit Nazzjonalista ffabbrika “gidba” u qal li Felix tkellem waqt il-mass meeting għax jirċievi paga ta’ aktar minn €50,000 għax jaħdem fil-Kunsill Malti għall-Arti u jifforma parti mill-bord taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi.

B’reazzjoni għal dan l-attakk, Felix Busuttil stqarr li weġġa’ li dan il-Partit mhux biss ifabbrika gidba dwaru iżda saħansitra ħeġġeġ lin-nies ixxerdu dan l-attakk.

Iżda Felix ġab fix-xejn il-gideb tal-Partit Nazzjonalista u waqt One News Breakfast spjega bil-provi kif l-attakk tal-PN kien ibbażat fuq gidba.

Bil-provi ċaħad għal kollox l-allegazzjoni li rċieva dik il-paga kollha, kif tista’ tara f’din is-silta.

Aqra aktar

Send this to a friend