Partit Laburista – Page 36 – One News

Notifiki

“Ejja nkomplu niftħu l-bibien beraħ biex aktar nies jingħaqdu ma’ dan il-moviment”

“Ejja nkomplu niftħu l-bibien beraħ biex aktar nies jingħaqdu ma’ dan il-moviment.” 

Quddiem mijiet ta’ nies li nġabru fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid il-Prim Ministru u Mexxej Laburista qal li l-bibien tal-Partit Laburista huma miftuħin beraħ biex aktar nies jingħaqdu ma’ dan il-moviment li għandu idea ċara ta’ din il-ħolma Maltija li se twassal għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

“L-uniku periklu għall-ekonomija Maltija hija l-koalizzjoni ta’ konfużjoni” – JM

“L-uniku periklu għall-ekonomija Maltija hija l-koalizzjoni ta’ konfużjoni.”

Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt Pjazza fi Pjazza f’Birkirkara. Quddiem folla kbira ta’ nies, il-Prim Ministru spjega kif l-inċertezza u l-konfużjoni tal-koalizzjoni ta’ Simon Busuttil u Marlene Farrugia hija ta’ periklu għall-ekonomija ta’ Malta. Dan b’referenza għal pożizzjoni differenti ta’ bejn iż-żewġ Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, fost oħrajn, dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.

Aqra aktar

FILMAT: Komunità żgħira b’merħba kbira għal Joseph Muscat

Fil-komunità żgħira tal-Baħrija l-Prim Ministru xorta ngħata merħba kbira. Fl-24 jum tal-kampanja, l-Mexxej laburista spjega li din iż-żjara lil din il-komunità kienet waħda simbolika. Dan għaliex sa ftit snin ilu f’din il-komunità lanqas kien hemm servizz tad-drenaġġ.

Il-Mexxej Laburista qal li lanqas biss wieħed jimmaġina li wara s-sena 2000 ikun għad fadal komunitajiet li ma jkollhomx sistema ta’ drenaġġ bħal bqija tal-pajjiż. Kien Gvern Laburista li permezz ta’ fondi li ġab għaqqad lil din il-komunità żgħira fis-sistema li tintuża fil-bqija tal-pajjiż.

Il-Prim Ministru tenna li Gvern Laburista jaħdem għall-komunitajiet kollha inkluż dawk żgħar. Fiż-żjara tiegħu l-Mexxej Laburista spjega ukoll miżuri oħra li se jkun qed iwettaq Gvern Laburista għal din il-komunità, fosthom li tingħata t-tarmak il-Hill Climb tal-Imtaħleb mhux biss għad-dilettanti tal-karozzi iżda anke biex il-ħajja tal-bdiewa tkun aktar faċli.

Aqra aktar

Fiduċja ikbar fil-proposti tal-Partit Laburista

L-elettorat huwa fiduċjuz li l-partit laburista għandu l-kredibilitá li l-proposti li qed iwiegħed jiġu imwettqa, jekk jerġa jkun elett fil-gvern.

Dan ħareġ minn stħarriġ tal-Malta Independent, li staqsa lil 500 persuna li pparteċipaw fl-istħarriġ jekk jemmnux il-proposti elettorali li qed isiru mill-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.

Irriżulta li kważi 39% jemmnu l-proposti tal-partit laburista.

Aqra aktar

Il-Mexxej Laburista b’merħba akbar minn oħra fit-23 jum tal-kampanja

Ħal Luqa, il-Mellieħa u Ħaż-Żebbuġ; dawn huma t-tliet lokalitajiet li fit-23 jum tal-kampanja taw merħba mill-isbaħ lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat. F’din il-ġurnata Joseph Muscat għamel diskorsi b’saħħithom li fihom fost oħrajn saħaq dwar l-importanza li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin jiġbru l-vot tagħhom mill-għases u joħorġu jivvottaw biex pajjiżna ma jieqafx nofs triq iżda jibqa’ miexi ‘l quddiem. Segwi dan il-filmat biex terġa’ tgħix dan il-jum mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

X’se jagħmel Simon Busuttil fuq George Pullicino?

  • X’se jagħmel Simon Busuttil fil-konfront tal-kandidat Nazzjonalista George Pullicino wara li ġie żvelat li gideb quddiem il-Public Accounts Committee dwar kif sar it-tendering process tal-power station tal-BWSC?
  • Simon Busuttil kien jaf b’dak li kien għaddej?

Dawn huma żewġ mistoqsijiet li għamel il-Partit Laburista lil Simon Busuttil waqt konferenza tal-aħbarijiet li spjegat kif il-Partit Nazzjonalista biegħ saħħitna għal €20 miljun.

Il-Ministru għas-saħħa Chris Fearne qal li m’hemm ebda dubju li l-arja li nieħdu u mard respiratorju huma relatati, fil-fatt l-istatistika turi kif iċ-ċittadini tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta qabel il-qalba għall-gass kellhom rata ogħla ta’ mard respiratorju minħabba l-powerstations li kienu jaħdmu bil-heavy fuel oil.

Aqra aktar

Is-somma mill-maratona tal-bieraħ taqbeż il-€576,000

Għal darb’oħra l-poplu wera appoġġ lejn il-Partit Laburista bl-għoti ta’ donazzjonijiet. Waqt maratona għal ġbir ta’ fondi lbieraħ, inqabżet is-somma ta’ €576,000.

In-nies mhux biss ikkonkorrew permezz tad-donazzjonijiet iżda pparteċipaw ukoll billi żaru l-kumpless ONE fejn saret il-maratona din id-darba. Maratona li fissret ukoll xandira televiżiva tal-ogħla kwalità.

Il-maratona ġbir ta’ fondi li organizza gimħatejn ilu l-Partit Laburista kienet oħra ta’ suċċess, bis-somma finali taqbeż is-€600,000.

 

Send this to a friend