parlament – Page 6 – One News

Notifiki

L-Ispeaker jitlob lil Busuttil jirtira allegazzjoni fil-konfront tal-PM

F’ruling li ta llejla l-Ispeaker tal-Kamra Anglu Farrugia, huwa talab lill-eks Kap tal-Oppożżizzjoni Simon Busuttil biex jirtira l-allegazzjoni li għamel fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat, li kellu x’jaqsam mal-għajbien tal-evidenza b’rabta mal-inkjesta Egrant. Allegazzjoni li l-konklużjoni tal-Inkjesta Maġisterjali ma ġietx ipprovata u li din qatt ma seħħet. Aqra aktar

Għada jerġa’ jiltaqa’ l-parlament

Minn għada se jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Parlament Malti wara waqfa ta’ ftit ġimgħat għall-btajjel tas-sajf. Għalkemm ix-xhur tas-sajf kienu impenjattivi għall-Gvern. Dan mhux biss minħabba l-implimetazzjoni politika iżda wkoll għaliex ilGvern kien qed iħejji l-aġenda parlamentari tiegħu. Aġenda ta’ gvern li ma jibżax mill-bidla u li għandu l-għan ikompli jtejjeb il-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. Il-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista Byron Camilleri sostna li aġenda riformista se tkun implimentata fix-xhur li ġejjin.

Aqra aktar

Il-Parlament bi ktieb dwar diżabilitajiet inviżibbli

Fil-Parlament, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anglu Farrugia nieda ktieb bit-titlu “‘Social Inclusion of Invisible Disabilites’ in Parliament”, ġabra ta’ diskorsi li seħħew fil-Parlament fil-11 ta’ Mejju, fejn ġew mistiedna numru ta’ kelliema u esperti fuq numru ta’ kundizzjonijiet, partikolarment Fibromyalgia u ME.

Żewġ kundizzjonijiet li għalkemm ma jidhrux, iġibu tbatija kbira lil dawk li jbatu minnhom.Aqra aktar

Iż-żgħażagħ jgħidu tagħhom fil-Parlament

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia mexxa l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ, attività ta’ kull sena li tiġi organizzata flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Din l-attività tagħti opportunità liż-żgħażagħ ta’ bejn it-13 u l-35 sena biex jiddibattu suġġetti magħżulin minnhom stess.

L-Ispeaker tkellem dwar l-importanza li kull persuna tgħix b’dinjità. Ħajja dinjituża tfisser li d-drittijiet u l-libertajiet essenzjali u fundamentali tal-persuna mhux biss ikunu sanċiti mil-liġi iżda jkunu wkoll, b’mod tanġibbli, imħarsa u garantiti mill-Istat. Fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet u l-Libertajiet tal-Bniedem ta’ Diċembru 1948, l-istati membri tan-Nazzjonijiet Uniti impenjaw ruħhom biex jippromwovu r-rispett tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-bniedem li huma s-sisien ta’ kull stat demokratiku u ta’ kull demokrazija rappreżentattiva.Aqra aktar

45 liġi f’sena waħda biss- Xhieda ta’ Gvern b’impenn għal Malta ta’ Għada

Meta lbieraħ il-Parlament aġġorna għal btajjel tas-Sajf, kienu għaddew 45 liġi ġdida mill-bidu tal-leġiżlatura.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota li dan huwa xhieda ta’ gvern b’enerġija u pjan bil-għan li jħejji Malta ta’ Għada. Tkellmu dwar dan il-whip tal-grupp parlamentari Laburista, Byron Camilleri u d-deputat Stefan Zrinzo Azzopardi.  Aqra aktar

“Il-Gvern għandu qalbu tħabbat fil-post it-tajjeb”- Nisa Laburisti dwar l-emenedi fil-liġi tal-IVF

Nisa Laburisti tilqa’ b’sodisfazzjon il-vot kompatt tal-gvern fil-Parlament ilbieraħ favur emendi għall-liġi tal-IVF li se jwasslu biex aktar familji jkollhom it-tfal.

L-Għaqda kienet ilha mill-2015 tikkampanja għall-bidla f’din il-liġi għaliex il-liġi tal-2012 ma kinitx ġusta.

Il-bidla li saret ilbieraħ se tolqot b’mod pożittiv ħafna aktar milli naħsbu  lil dawk li jinsabu għaddejjin minn diffikultajiet biex jikkonċepixxu.

Hija bidla li taħseb ukoll fil-futur għaliex se tagħti l-opportunità lil uliedna li jista’ jagħti kaz li huma wkoll jiffaċċjaw problemi ta’ infertilità f’ħajjithom bħalma jinsabu għaddejjin bħalissa koppja minn kull sitta f’pajjizna.

“L-infertilità ma tafx uċuh u lanqas sessi, ma tafx irġiel u lanqas nisa. Il-leġiżlazzjoni approvata l-bieraħ hija wahda għas-soċjetà kollha. Il-Gvern wera li Malta huwa pajjiż li jimportah. Jimpurtah mill-familji biex ikollha l-aqwa u l-ahjar trattament mediku f’pajjiżna biex ikun jista’ jkollhom l-ulied. Nisa Laburisti sodisfatta li l-bidliet saru fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura għaliex dan juri kemm il-gvern għandu qalbu tħabbat fil-post it-tajjeb,” qalet Claudette Abela Baldacchino, il-President ta’ Nisa Laburisti.

Send this to a friend