parlament – Page 22 – One News

Notifiki

Fil-Parlament iġibu ruħhom daqs li kieku qegħdin fil-Gvern

Fil-Parlament l-Ispeaker Anġlu Farrugia kellu jfakkar lill-Oppożizzjoni li ma tistax tressaq hi l-ewwel qari ta’ abbozz ta’ liġi għax hija l-prerogattiva tal-Gvern li jfassal l-ordnijiet tal-ġurnata u ppropona li fil-futur qrib ikun hemm regolamentazzjoni aktar feliċi ta’ kif jitmexxa l-Parlament.

Aqra aktar

Il-Parlament Malti ifakkar il-memorja ta’ Jo Cox

Il-Parlament illejla fakkar il-memorja tal-membru parlamentari Ingliża Jo Cox li ġiet assassinata l-ġimgħa l-oħra, biż-żewġ naħat tal-kamra jikkundannaw il-vjolenza u jappellaw biex ikun hawn it-tolleranza.

Il-Prim Ministru enfasizza li l-politiċi jistgħu ma jaqblux mal-ideat ta’ xulxin iżda żgur ma jobgħodux lil xulxin. Huwa qal li dan l-assassinju huwa eye opener b’saħħtu ħafna għall-politiċi.

Aqra aktar

L-Oppożizzjoni tibbojkottja dibattitu fil-Parlament

L-Oppożizzjoni llejla fil-Parlament oġġezzjonat li l-Ministru Konrad Mizzi, f’isem il-Prim Ministru, jressaq il-mozzjoni biex il-Kamra tapprova l-Estimi ta’ Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena finanzjarja 2016 u ddikjaraw li mhux se jieħdu sehem fid-dibattitu.

L-Oppożizzjoni saħansitra telqet ‘l barra mill-Kamra.

Aqra aktar

Seduta Parlamentari mhux tas-soltu

Dalgħodu membri minn diversi kumitati ta’ EkoSkola minn madwar Malta u Ghawdex inġabru għal seduta Parlamentari mhux tas-soltu.

EkoSkola huwa programm internazzjonali mmirat biex jeduka lit-tfal fl-iskejjel dwar l-ambjent u s-sosteniblità.

Aqra aktar

Kumpanija Taljana ordnata tħallas kumpanija Maltija b’rabta mal-binja tal-Parlament

Il-Qorti tal-Appella ordnat li il-kumpanija Taljana li bniet il-faċċata tal-Parlament il-Ġdid tħallas €31,500 lill-fornituri Maltin tal-ġebel.

Dan wara li il-kumpanija Maltija Q Stone allegat li CFF FiliBerti, li kienet responsabbli mill-bini tal-faċċata tal-Parlament, baqgħu ma ħallsux tal-ġebel minħabba diffikuljatjiet finanzjarji li għandha l-kumpanija Taljana.

Aqra aktar

Maġġur jitlob biex jitlaq mill-Parlament

Il-Maġġur tal-Pulizija Eugenio Caruana talab minn jheddu biex ma jibqax stazzjonijiet fil-Parlament kif talbet l-Oppożżizzjoni u jiġi trasferit xi mkien ieħor. L-Aġent Kummissarju aċċetta t-talba tiegħu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa jekk Caruana kienx għadu fil-binja tal-Parlament għax jekk iva, allura l-membri tal-Oppożizzjoni ma kinux se jibqgħu fil-Kamra.

L-Ispeaker ikkonfermalu li Caruana ma kienx hemm u s-seduta kompliet.

Aktar qabel l-Ispeaker  iddeplora l-fatt li b’xi mod tiġi provokata u li jiġu indirizzati lejha dikjarazzjonijiet  li jistgħu jiġu indirizzati bħala forma ta’ theddida. Dr Farrugia kien qed jirreferi għall-kliem li qal ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni li widdeb lill-Ispeaker: “Iġġegħlniex nagħżlu bejn li nidħlu fil-Parlament jew le”.

Aqra aktar

Send this to a friend