parlament – Page 18 – One News

Dibattitu dwar il-kobor tal-Parlament

Tibqa’ fuq fomm ħafna s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ta’ nhar il-Ġimgħa.

Din id-darba d-diskussjoni tmur lil hinn mill-impatt immedjat tas-sentenza iżda fuq il-ġejjieni u l-konsegwenzi li jista’ jkollha sentenza bħal din.

Aqra aktar

Xenata fil-Parlament

L-iSpeaker Anġlu Farrugia lbieraħ filgħaxija lmenta minn dak li sejjaħ “il-mod lakoniku” li ċerti dikjarazzjonijiet isiru u ġibed l-attenzjoni ta’ kulħadd għal riġidità u attenzjoni fil-kliem li jintuża ħali ma jinqalgħux malinitiżi imma iżjed u iżjed ħalli ma tingħatax l-impressjoni – anke jekk żbaljata – li l-persuna tkun qed tiżvija l-Kamra.

Farrugia kien qed jagħti ruling mitlub mill-Ministru Evarist Bartolo wara xenata li instiga bi kliemu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Fil-ħin tal-mistoqsijiet, Busuttil għoġbu jakkuża lill-Ministru li qed jiżgwida lill-Kamra dwar l-iskema ta’ taħriġ tal-ħaddiema mill-General Workers’ Union. Busuttil insista li l-Ministru qed iqabbel skema ma’ skema oħra ta’ żmien amministrazzjoni Nazzjonalista li hija differenti minn dik ta’ qabilha. Busuttil saħansitra wasal jgħid li l-iskema tal-Ministru Bartolo ħolqot “prekarjat oxxen”.

Il-Ministru Bartolo qal li huwa jirrifuta l-akkuża u ma kienx se jwieġbu. Qal li Busuttil kien qed jgħid li huwa għal ta l-apposta kien qed jiżgwida u jqarraq bil-Kamra, li hija akkuża serja ħafna. Il-Ministru Bartolo qal li “jirrifjuta l-ħafna gideb li Busuttil jgħid kontra tiegħu barra l-Kamra”.

Aqra aktar

Busuttil ifittex konfront, ruling mill-ispeaker

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jakkuża lil Ministru tal-Edukazzjoni li żgwida l-Kamra tad-Deputati meta fil-Parlament fisser kif l-iskema tal-Community Work Scheme hija simili għal skema li nieda l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar amministrazzjoni. Xi ħaġa li saħansitra kkonferma l-eks Ministru Carm Mifsud Bonnici f’konferenza tal-aħbarijiet iktar kmieni llum.
Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-PN kien ħaqqu siġġu iżda ngħata tnejn

Skont is-sentenza tal-Qorti, il-Partit Nazzjonalista kien ħaqqu siġġu wieħed iżda ingħata tnejn bit-tħaddim tal-Kostituzzjoni biex il-Parlament ma jkunx kompost minn 70 deputat, iżda minn 71. Jispjega dan l-avukat Robert Abela fl-ewwel reazzjoni tiegħu għas-sentenza.
Aqra aktar

Illum il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi dwar is-siġġijiet Parlamentari

Illum il-Qorti Kostituzzjonali mistennija tieħu deċiżjoni dwar il-każ tas-siġġijiet li beda l-Partit Nazzjonalista.

Is-sentenza kellha tingħata aktar kmieni dan ix-xahar,  b’uffiċjali taż-żewġ partiti jistennew b’ħerqa li tingħata d-deċiżjoni. Iżda, kienu nfurmati li għandhom jibqgħu jistennew sa llum biex ikunu jafu d-deċiżjoni aħħarija.

Fl-istadju t’appell l-Imħalfin semgħu l-aħħar argumenti tal-Partit Laburista, tal-Partit Nazzjonalista, tal-Avukat Ġenerali, tal-Kummissjoni Elettorali u tad-deputati li allegatament kien hemm żball fl-għadd tal-voti tagħhom.

Wara li f’Mejju li għadda l-Prim Awla tal-Qorti Civili ordnat biex il-Partit Nazzjonalista jingħata żewġ siġġijiet parlamentari oħra, il-Gvern, l-Partit Laburista u kif ukoll il-Kummissjoni Elettorali appellaw, u l-każ instema’ nhar is-26 ta’ Settembru.

Aqra aktar

Send this to a friend