parlament – Page 13 – One News

Aktar minn 100 każ ta’ suwiċidju fl-aħħar ħames snin

Fl-aħħar ħames snin saru 136 suwiċidju, 129 minn dawn saru f’Malta filwaqt li seba’ minn dawn il-każijiet saru f’Għawdex.
F’dawn il-ħames snin jiġifieri bejn is-sena 2012 u 2016, is-sena 2015 rat l-akbar numru ta’ suwiċidji, total ta’ 36 persuna.
Dan qalu l-Ministru Carmelo Abela fi tweġiba Parlamentari fejn ta rendikont sena b’sena tan-numru ta’ suwiċidji li saru f’pajjiżna li jidhru f’din it-tabella:

Aqra aktar

“24 siegħa biex ħarġu bi skuża” – il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-fatt li l-Partit Nazzjonalista dam 24 siegħa biex ħareġ bi tweġiba dwar il-finanzjament tal-pagi minn DB Group juri li l-Partit Nazzjonalista kien qed ifittex skuża biex ma jidhirx li qed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Il-Prim Ministru għamilha ċara wkoll li l-Partit Laburista m’għandux ftehimiet simili. Ara l-kumment tal-Prim Ministru. Aqra aktar

Issa Membri Parlamentari aktar siguri jekk jiġrilhom xi ħaġa fil-Parlament…

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ppreżenta ċertifikati tal-kors bażiku tal-first aid lill-ħaddiema tal-Parlament u membri tal-Korp tal-Pulizija li jaqdu dmirhom fil-Parlament ta’ Malta.

Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker tkellem fuq l-importanza li l-amministrazzjoni tal-Parlament tagħti lit-taħriġ kontinwu lill-ħaddiema u lill-pulizija li jservu fil-Parlament ta’ Malta. Dan qed isir bl-għan li tisaħħaħ is-sigurtà fil-Parlament biex b’hekk ikunu mħarsa u protetti dawk kollha li jagħmlu użu mill-bini tal-Parlament. It-taħriġ lill-ħaddiema fil-first aid jikkumplimenta t-taħriġ li sar matul is-sena li għaddiet fit-tifi tan-nar u l-lift emergency training.

Aqra aktar

27 ta’ Marzu: meta l-Parlament jibda jiddiskuti l-abbozz ta’ liġi dwar il-midja u l-malafama

Il-Parlament se jibda jiddiskuti l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Midja u l-Malafama fis-27 ta’ Marzu. Id-deċizjoni kienet komunikata lill-Oppożizzjoni mill-whip tal-gvern Godfrey Farrugia f’laqgħa tal-Kumitat permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra it-Tnejn fil-għaxija.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici ppreżenta l-ewwel qari tal-abbozz, li qajjem kontroversja kbira, f’Ottubru li għadda.

Fost affarijiet oħra, l-abbozz jaħseb sabiex jiġu aġġornati l-liġijiet dwar il-malafama, it-tneħħija ta’ libel kriminali fil-liġijiet dwar il-midja, l-introduzzjoni ta’ liġi ta’ tort ċivili ġdid ta’ inġurja, u r-regolamentazzjoni ta’ aħbarijiet fuq siti elettroniċi u servizzi ta’ ġrajjiet kurrenti.

Aqra aktar

REKORD: 821 operazzjoni tal-bdil tal-irkoppa

Fl-2016 saru 821 operazzjoni tal-bdil tal-irkoppa, imħallsa mill-Gvern. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament, mill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.

Aqra aktar

Send this to a friend