Il-Parlament Ewropew approva l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta’ €672.5 biljun f’għotjiet u self biex ikomplu jiġu mgħejjuna l-istati membri jindirizzaw l-effetti tal-pandemija.Aqra aktar

Il-Parlament Ewropew approva l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta’ €672.5 biljun f’għotjiet u self biex ikomplu jiġu mgħejjuna l-istati membri jindirizzaw l-effetti tal-pandemija.Aqra aktar
Il-Membri Parlamentari Laburisti Josianne Cutajar u Cyrus Engerer taw rendikont tax-xogħol li qed isir fi ħdan il-Parlament Ewropew waqt konferenza tal-aħbarijiet virtwali.Aqra aktar
Il-Parlament Ewropew irrifjuta milli jikkopera mal-għaqda Transparency International, li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar aġenziji prestiġjużi li tippubblika studji dwar il-korruzzjoni.
Il-Kap ta’ din l-aġenzija Michiel van Hulten saħaq ma’ sit internazzjonali li l-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni tal-Unjoni Ewoprea li ma kkoperax magħhom. Intqal ukoll li l-istess ġara fl-elfejn u erbatax meta ħareġ rapport simili mill-istess aġenzija.Aqra aktar
Il-Parlament Ewropew approva l-Budget Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin.Aqra aktar
Il-liġi tal-klima li qed tkun diskussa fil-plenarja tal-Parlament Ewropew hija kruċjali sabiex il-kontinent Ewropew ikun ħieles mill-karbonju sal-2050.Aqra aktar
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili fi ħdan il-Parlament Ewropew mistenni jaddotta riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni li ddeterjorat fil-Polonja dwar id-demokrazija, is-saltna td-dritt u d-drittijiet fundamentali. Membri Parlamentari Ewropej huma mħassba dwar is-saltna tad-dritt fil-Polonja anki jekk daħħal fis-seħħ Artikolu 7.
Il-Membri Parlamentari Ewropej jinsab imħassba fuq il-libertà tal-espressjoni fil-Polonja. Dan ħareġ fi stqarrija li ħareġ il-Parlament Ewropew, ftit wara li l-President konservattiv Andrjez Duda reġa’ ġie elett President tal-pajjiż.
L-interpreti ‘freelance’ li jaħdmu mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Parlament Ewropew jitħallew f’inċertezza kbira f’dawn iż-żminijet diffiċli ta’ pandemija.
Minħabba l-pandemija COVID-19, l-istituzzjonijiet Ewropej waqqfu l-laqgħat li jirrikjedu l-preżenza fiżika tal-parteċipanti. Riżultat ta’ dan, l-interpreti ‘freelance’, inkluż dawk Maltin, sabu ruħhom mingħajr xogħol u mingħajr dħul. Minkejja s-snin twal ta’ servizz, is-servizzi ta’ l-interpretazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea ddeċidew li joffru kuntratti “speċjali” jew “diferiti”, jiġifieri self ta’ darba għas-somma ta’ €1,300 lill-interpreti ‘freelance’, biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ dħul matul ix-xhur tal-pandemija. Din l-offerta hija kkunsidrata bħala waħda finali. Aqra aktar
Il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa kordjali fil-Parlament Ewropew fi Brussell, flimkien mal-President tal-istess Parlament Davide Sassoli. Aqra aktar
It-Tlieta filgħodu fil-Parlament Ewropew seħħ dibattitu b’riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f’Malta fid-dawl tal-aħħar żviluppi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Aqra aktar
Il-Kummissarju nominat minn Franza, Sylivie Goulard ma’ għaddietx mill-eżami tagħha quddiem il-Parlament Ewropew. Aqra aktar
Send this to a friend