Notifiki

Il-Papa jaħtar l-ewwel mara fis-Sinodu tal-Isqfijiet

Il-Papa ħatar l-ewwel mara fis-Sinodu tal-Isqfijiet, li s-Segretarju tiegħu huwa l-Kardinal Mario Grech. Is-Soru Franċiża Nathalie Becquart se tkun is-Sotto Segretarju ta’ dan is-Sinodu u se jkollha anki drittijiet tal-vot.

Il-BBC ikkwota lil Kardinal Mario Grech jgħid li Papa Franġisku fetaħ bieb, b’referenza għall-ħatra ta’ mara fis-Sinodu.

Is-Sinodu tal-Isqfijiet jiddiskuti diversi materji marbuta mat-tagħlim Kattoliku u fost l-oħrajn ġieli ddiskuta kif il-Knisja għandha timxi ma’ nies iddivorzjati. Is-Sinodu jagħti ċertu pariri lill-Papa. Is-sena l-oħra l-Papa kien ħatar sitt nisa f’Kunsill li jamministra l-finanzi tal-Vatikan. Sa issa l-Papa dejjem qal li s-saċerdozju għandu jkun għall-irġiel biss.

Ma’ Nathalie Becquart, inħatar ukoll qassis Spanjol, Dun Luis Marín.

Send this to a friend