Notifiki

Impoġġija mal-1,900 pannella tax-xemx fuq il-ġibjun San Niklaw 

Qed ikunu installati madwar 1,900 pannella tax-xemx fuq il-ġibjun San Niklaw fil-Qrendi. Dan b’kollaborazzjoni bejn il-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma flimkien mal-Kamra għan-negożji żgħar u medji li ser twassal sabiex art ta’ madwar 5,000 metru kubu li bħalissa hija f’idejn il-korporazzjoni tinkesa għal kollox bil-panelli fotvoltajiċi. Aqra aktar

Skemi ġodda għal dawk li jridu jinvestu f’pannelli solari

Mill-Ġimgħa, wieħed jista’ japplika għal ħames skemi tal-pannelli solari tad-djar residenzjali biex il-familji jkollhom kontijiet orħos.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli qalet li b’dawn l-iskemi favur użu ta’ enerġija rinovabbli, il-Gvern qed jitfa’ disa’ miljun ewro fil-bwiet tan-nies.

L-ewwel skema hija mmirata għal dawk li jixtru l-pannelli għall-ewwel darba b’garanzija għall-għaxar.
Dawn se jiċievu għotja massima ta’ elfejn u ħames mitt ewro.Aqra aktar

Titnieda skema ta’ batteriji għal sistema ta’ pannelli li jaħżnu l-enerġija u tintuża skont il-bżonn

Skema ġdida ser tgħin lil dawk li diġà nvestew f’sistema ta’ pannelli fotovoltajiċi sabiex issa jinvestu f’sistema ta’ batteriji sabiex ikunu jistgħu iżommu l-enerġija ġġenerata u jużawha skont il-bżonn.Aqra aktar

“Din hija inzjattiva pożittiva u kienet imwiegħda fil-manifest elettorali tagħna” 

 

Wara li l-Gvern nieda skema ġdida dwar l-enerġija solari, il-Ministru Konrad Mizzi spjega li l-Gvern jemmen fl-enerġija nadifa, li għandha tilħaq lil kulħadd.  Għalhekk permezz ta’ din l-inizjattiva, kull familja se jkollha aċċess għall-enerġija solari. Qal li jistenna li  jittieħdu aktar inizjattivi smili mis-settur privat.

Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera qal li hu mistenni li jitnaqqsu  839 tunnellata ta’ emmissjonijiet CO2 mill-arja.

Aqra aktar

Send this to a friend