Notifiki

Id-dħul tal-ħaddiema żdied b’4% minkejja l-pandemija

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kkonfermat li id-dħul tal-ħaddiema f’pajjiżna kien protett minkejja l-impatt ekonomiku li ħolqot il-pandemija fuq diversi pajjiżi.Aqra aktar

Il-miżuri t’għajnuna tal-Gvern kabbru l-ġid nazzjonali bi 3%

Fis-sentejn li ġejjin, il-prodott domestiku gross ta’ pajjiżna se jikber bit-tbassir ekonomiku ferm aħjar minn dak tal-pajjiżi oħra fiż-żona ewro.

Dan sostnih il-Bank Ċentrali ta’ Malta fejn ta dettalji tal-prospetti għall-ekonomija Maltija sal-2022.

Il-Bank Ċentrali spjega li fit-tieni kwart, waqt il-pandemija, ġie rreġistrat tnaqqis fl-andament ekonomiku iżda fit-tielet kwart hemm sinjali ta’ stabbilizzazzjoni.

Aqra aktar

Senatur Taljan ixejjen rapport falz li tfajla spiċċat l-ITU f’Palermu bil-Covid-19 wara li kienet fuq btala f’pajjiżna

Rapporti li bdew iduru u jgħidu li tfajla li waslet f’Palermu wara li kienet f’pajjiżna spiċċat tiġi rikoverata mill-Coronavirus fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, ġew imxejna għal kollox u esposti bħala fake news minn senatur Taljan Lello Ciampolillo.Aqra aktar

DBRS terġa’ tikkonferma r-‘rating’ ta’ Malta fil-livell ‘A high’

L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu DBRS, reġgħet ikklassifikat l-ekonomija ta’ pajjiżna fil-livell A high. B’kuntrast, mindu faqqgħet il-pandemija, l-istess aġenzija rrevediet għal negattiv l-outlook tar-rating ta’ pajjiżi bħal Franza, l-Italja u r-Renju Unit.

Minkejja li pajjiżna, bħal kumplament tad-dinja għadda mill-pandemija, din l-aġenzija li ma tħares lejn wiċċ ħadd żammet l-ogħla klassifikazzjoni tal-ekonomija għal Malta li tat fi Frar li għadda. Fl-osservazzjoni tagħhom, l-esperti tad-DBRS qalu li l-qagħda ekonomika ta’ Malta għandha xejriet stabbli anki minħabba l-andament ekonomiku u fiskali b’saħħtu li kellna fl-aħħar snin.Aqra aktar

Irduppjaw in-nies li marru l-emerġenza wara l-pandemija

Fl-aħħar ġimgħat mindu ġiet ikkontrollata l-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna u bdew jitneħħew ir-restrizzjonijiet, irduppjaw in-nies li marru l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.

Ma’ dan l-istazzjon, il-Kap tad-Dipartiment tal-Emerġenza Dr Michael Spiteri qal li fl-eqqel tal-pandemija, in-numru ta’ pazjenti li kienu jmorru l-Emerġenza naqas sew, fi kliemu b’mod inkwetanti.

Iżda fl-aħħar ġimgħat, medja ta’ aktar minn 250 persuna qed jirfsu l-għatba tal-Emerġenza kuljum. Aqra aktar

Fondi mill-pakkett ta’ rkupru tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu allokati skont l-impatt ekonomiku li ħalliet il-pandemija

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna, flimkien mal-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea, ipparteċipa f’vidjokonferenza tal-ECOFIN li fiha stqarr li li l-pakkett ta’ rkupru tal-Unjoni Ewropea huwa strument meħtieġ sabiex iqajjem l-ekonomija tal-istati membri u jassisti lil dawk l-istati membri li l-aktar intlaqtu mill-pandemija.Aqra aktar

Send this to a friend