Notifiki

Sal-aħħar tal-ġimgħa se jkunu tħallsu €105,000 għall-ġenituri li baqgħu jieħdu ħsieb uliedhom waqt pandemija

Sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa, se jkunu tħallsu aktar minn €105,000, fl-ewwel ġimgħa minn meta tħabbret l-iskema ta’ għajnuna mill-Gvern għal dawk il-ġenituri bi tfal taħt is-sittax-il sena u ta’ dawk il-ġenituri li għandhom l-persuni b’diżabiltà u li waqqfu jaħdmu biex jieħdu ħsieb lill-uliedhom waqt pandemija.

Barra din l-għajnuna, il-Gvern se jagħti aktar minn €11,600 lil dawk li applikaw, f’għajnuniet tas-sigurtà soċjali.

Aqra aktar

Ħaddiem tas-saħħa jappella biex ma nippuntawx swaba’ iżda nobdu lill-awtoritajiet tas-saħħa

“Nappellalkom biex tobdu r-regolamenti għaliex aħna naħdmu u nieħdu pjaċir li tirringrazzjawna, imma l-akbar ringrazzjament tagħtuhulna bil-parteċipazzjoni tagħkom biex din l-imxija b’xi mod jew ieħor innaqsuha u fl-aħħar mill-aħħar nirbħuha.”Aqra aktar

Dawk l-aktar milquta mill-pandemija se jibqgħu jirċievu l-Covid Wage Supplement sal-aħħar tas-sena

Filwaqt li l-miżura tal-Covid Wage Supplement se tiġi estiża sa Ġunju li ġej, din mhux se titwaqqaf ħesrem fl-aħħar ta’ Ġunju hekk kif in-negozji l-aktar milquta se jibqgħu jingħataw l-għajnuna massima ta’ €800 sal-aħħar ta’ din is-sena minħabba l-impatt tal-pandemija.

Dan bi spiża ta’ madwar €200 miljun.

Aqra aktar

Min kien jieħu d-droga qabel il-pandemija baqa’ jeħodha mid-dar u jixtriha online – studju dwar l-użu tad-droga fl-2020

Min kien jagħmel użu mid-droga qabel il-pandemija, xorta baqa’ jeħodha mid-dar anki meta bdiet l-imxija f’pajjiżna u ħafna bdew jixtru s-sustanzi minn fuq l-internet biex tasal bil-posta.

Dan ħareġ minn studju li sar dwar l-impatt tal-pandemija fuq il-provvista u s-servizzi tad-droga f’pajjiżna, li ġie ppubblikat il-Ġimgħa filgħodu flimkien mar-rapport nazzjonali tad-droga għas-snin 2018 u 2019, u sommarju fuq il-problemi primarji.Aqra aktar

Send this to a friend