pandemija – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Stmat li 2,500 persuna se jgawdu mill-miżura biex il-pensjoni ma tonqosx minħabba l-pandemija 

Bl-introduzzjoni ta’ miżura ġdida mħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela, il-pandemija mhux ser titħalla taffetwa b’mod negattiv l-ammont ta’ pensjoni li wieħed ser ikun qed jieħu.

Dan permezz ta’ mekkaniżmu ġdid fil-mod ta’ kif jingħad l-ammont li wieħed ikun ser jieħu f’pensjoni. Permezz ta’ din il-miżura, il-persuni li jinsabu fl-aħħar tliet snin ta’ xogħol qabel jirtiraw u raw tnaqqis fid-dħul tagħhom mhux ser ikollhom tnaqqis fl-ammont ta’ pensjoni li kull xahar ser ikunu intitolati għalih.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-ġustizzja Soċjali, Mark Musù spjega kif minn din il-miżura huwa stmat li se jgawdu madwar 2,500 persuna.

Aqra aktar

Il-PM jħabbar miżura biex jgħin lil min il-Covid-19 affettwatlu l-pensjoni

Il-Gvern se jgħin lil dawk li riżultat tal-Covid-19 seta’ kellhom il-pensjoni futura affettwata b’mod negattiv.

Dan ħabbru l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela f’attività politika fil-Furjana li saret b’konformità mal-istruzzjonijiet mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.Aqra aktar

Inugwaljanzi bejn is-sessi waqt pandemija

Studju tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza jitfa’ dawl fuq realtajiet soċjali li ġabet il-pandemija, fosthom inugwaljanzi bejn is-sessi.Aqra aktar

Id-dħul tal-ħaddiema żdied b’4% minkejja l-pandemija

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kkonfermat li id-dħul tal-ħaddiema f’pajjiżna kien protett minkejja l-impatt ekonomiku li ħolqot il-pandemija fuq diversi pajjiżi.Aqra aktar

Send this to a friend