Fetħu l-applikazzjonijiet għas-sajjieda Għawdxin kemm fuq bażi full-time u dawk part-time biex jingħataw friegħi tal-palm b’xejn.Aqra aktar

Fetħu l-applikazzjonijiet għas-sajjieda Għawdxin kemm fuq bażi full-time u dawk part-time biex jingħataw friegħi tal-palm b’xejn.Aqra aktar
Sajjieda Għawdxin li qed jippreparaw għall-istaġun tal-lampuki ngħataw il-weraq tal-palm b’xejn għall-kannezzati tagħhom. Dan wara li l-Gvern u l-Ministeru għal Għawdex għarrfu is-sajjieda bis-servizz f’nofs Lulju, u nfetħet l-applikazzjonijiet li ġew proċessati. Is-sajjieda mhux biss ingħataw servizz iżda anke serħan il-moħħ.Aqra aktar
Bħalma kien jiġri fis-snin preċedenti, din is-sena wkoll, il-Ministeru għal Għawdex ħa ħsieb sabiex iqassam ammont sostanzjali ta’ palm lis-sajjieda bbażati ġewwa Għawdex u li rreġistraw personalment għal din l-għotja.
Wara li din il-pjanta ġiet infettata bil-Bumunqar Aħmar tal-Palm, is-sajjieda qed isibuha diffiċli sabiex jiġbru l-ammont mixtieq ta’ palm u dan hu bżonnjuż għaliex il-weraq tal-palm hu neċċessarju sabiex jippreparaw il-kannizzati għall-istaġun tal-lampuki.
Billi riesaq Ħadd il-Palm, id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima fi stqarrija spjega dwar l-importantanza li jiġi żgurat li l-friegħi tal-palm li jintużaw għal skop ornamentali assoċjat ma’ din il-festa jkunu ħielsa minn kwalunkwe sintomu tal-bumunqar l-aħmar tal-palm.
Send this to a friend